Barranin
Boris Johnson kunfidenti fi Brexit bi ftehim

Il-Prim Ministru Ingliż, Boris Johnson, qal li l-gvern se jobdi l-liġijiet u kompla li hu kunfidenti li r-Renju Unit se jitlaq mill-Unjoni Ewropea bi ftehim.

Żied jgħid li pajjiżu hu mħejji għal Brexit fil-31 ta’ Ottubru bi ftehim jew mingħajru, minkejja l-liġi mgħoddija mill-parlament Ingliż li se ġġiegħel lil Johnson jitlob estensjoni għal Brexit kemm-il darba ma jintlaħaqx ftehim sad-19 ta’ Ottubru.

“No, I must say that, you know, we will obey the law, but we’re confident that we can come out on October the 31st. And the best way we can do that is to get a deal,” qal il-Prim Ministru Boris Johnson.

Hu ddeskriva bil-liġi, il-pajjiż se jkun qed juri li ċeda u baxxa rasu għal pressjoni tal-Unjoni Ewropea, ħaġa li qal qed tagħmel in-negozjati aktar diffiċli.