Brexit
Boris Johnson se jisħaq ma’ Juncker li r-Renju Unit mhux lest li jipposponi Brexit

F’taħdidiet mal-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Calude Juncker, il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson mistenni li jagħmel enfasi li r-Renju Unit mhux lest li jipposponi Brexit wara l-31 ta’ Ottubru.

F’laqgħa li se ssir għall-ħabta ta’ nofsinhar f’Lussemburgu, din se tkun l-ewwel darba għal Johnson li se jiltaqa’ ma’ Juncker minn mindu ħa l-kariga ta’ Prim Ministru f’Lulju li għadda. Qed jingħad li Johnson irid jikseb ftehim għal Brexit sat-tmintax ta’ Ottubru, wara summit importanti ħafna tal-Unjoni Ewropea. Johnson irid li jekk ma jilħaqx il-mira tiegħu, jitlaq mill-Unjoni Ewropea mingħajr ftehim. Johnson jemmen li jekk Brexit se jiġi pospost ikun żball kbir.

Għal-laqgħa ma’ Juncker, se jattendi il-kap negozjatur għal Brexit Michel Barnier filwaqt li Johnson se jieħu miegħu lill-Ministru għal Brexit Steve Barclay.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fil-Libanu, splużjoni kbira f’Beirut ikkawżat ħerba sħiħa. Il-Ministru tas-Saħħa qal li ħafna nies sfaw midruba. 10 persuni huma kkonfermati mejta, iżda n-numru mistenni jitla’ hekk kif mijiet ta’ persuni għadhom…

Barranin

Xeni li iktar imdorrijin naraw f’xi film, iżda li fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet żvolġew fir-realtà fuq gżira mhux abitata fil-Paċifiku. Tliet baħrin spiċċalhom il-fjuwil tad-dgħajsa ċkejkna tagħhom, u spiċċaw…

COVID-19

L-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa (WHO) mhux qed tirrakkomanda li l-pajjiżi jerġgħu jmorru lura għal-lockdowns nazzjonali, iżda minflok għandhom jimplimentaw miżuri lokalizzati kontra l-imxija tal-Covid-19. Dan intqal minn Dr Maria Van Kerkhove…

Barranin

Il-President Amerikan Donald Trump qal li l-Gvern irid jingħata sehem mit-taqsima tal-Istati Uniti ta’ Tik Tok, jekk din tinxtara minn kumpanija Amerikana. Trump qal li kien għamel din it-talba lill-kap…

Aktar