Lokali
Boroż taż-żibel minflok ‘cones’ fiż-Żejtun

Għalkemm fit-tibjid tas-sinjali tat-toroq mal-art jintużaw forom apposta li huma uniformi, jidher li l-kreattività xorta waħda ma tonqosx.

Persuni li llum kienu għaddejjin minn Triq il-Falkunier, fiż-Żejtun, lemħu din ix-xena ta’ boroż taż-żibel impoġġija f’forma trijangolari madwar sinjal tal-Istop mal-art.

Jidher li s-sinjal kien għadu kemm ġie miżbugħ, fejn f’dawn iċ-ċirkostanzi normalment jitpoġġew koni (cones) biex il-karozzi ma jgħaddux minn fuq is-sinjal sakemm jinxef.

F’dan il-każ, iżda, xogħol il-koni spiċċaw jagħmluh il-boroż taż-żibel li dalgħodu nħarġu mir-residenti biex jinġabru mit-trakk tal-iscammel.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Waqt li l-Parlament illejla ser jivvota dwar l-emendi għal-liġi tal-protezzjoni tal-embrijuni, fil-Qorti nfetħet kawża kostituzzjonali b’talba biex din tiddikjara li l-emendi huma nulli għaliex jiksru l-Kostituzzjoni. Dan l-iżvilupp seħħ sigħat…

Lokali

Il-Qorti Maltija rreferiet 48 każ lill-Bord tar-Rijabilitazzjoni ta’ persuni ħatja ta’ reat marbut ma’ pussess tad-droga fit-tliet snin li l-Bord ilu mwaqqaf. Dan tħabbar mill-Minsitru għall-Ġustizzja Owen Bonnici meta ppreżenta…

Lokali

Fl-ewwel ta’ Lulju li ġej se tagħti kunċert għall-ewwel darba f’Malta waħda mill-aqwa orkestri fid-dinja Royal Concertgebouw, fit-teatru Manoel. Din l-orkestra bħalissa qed tagħmel tour fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. Il-Ministru…

Aktar