Lokali
Bosta jawguraw il-fejqan lis-Sindku ta’ Ħal Qormi

Is-Sindku ta’ Ħal Qormi, Renald Falzon, jinsab indispost hekk kif għaddej minn żmien iebes minħabba mard. Is-Sur Falzon huwa wkoll President tal-Kumitat Lokali tal-Partit Laburista f’Ħal Qormi.

Fuq il-midja soċjali, Kenneth Busuttil, f’isem l-Amministrazzjoni Distrettwali tas-Sitt Distrett, awgura fejqan sħiħ u ta’ malajr lis-Sur Falzon, li huwa ddeskriva bħala ħabib. “Alla jagħtik is-saħħa biex tkompli bil-ħidma tiegħek favur iċ-ċittadini Qriema u l-familji taħhom,” qal is-Sur Busuttil.

Kienu bosta oħra dawk li llum awguraw fejqan ta’ malajr lis-Sur Falzon, speċjalment għaqdiet u residenti ta’ Ħal Qormi.