Barranin
Bosta maħsuba mejta wara li ġġarraf ajruplan f’Kathmandu

Ajruplan ta’ US-Bangla ġġarraf fl-ajruport internazzjonali ta’ Kathmandu.

L-ajruplan tal-linja tal-ajru tal-Bangladesh iġġarraf  fil-mitjar tal-ajruport. L-ajruplan kien qed jipprepara biex jinżel meta dan għal xi raġuni mhux magħrufa ġġarraf.

Kelliem tal-ajruport qal li huwa maħsub li hemm xi vittmi.

Huwa maħsub li l-ajruplan kien qed iġorr madwar 78 passiġġier.

Il-Membri tal-Protezzjoni Ċivili kienu fuq il-post biex jitfu n-nar.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-partitarji Messikani spiċċaw biex immarkaw fuq l-apparat li jkejjel it-terremoti. Tant qabżu bil-ferħ il-partitarji lbieraħ li l-apparat li jimmarka l-qawwa tat-terremoti, immarka bħallikieku seħħet theżżiża. Il-Messiku rebaħ 1-0 kontra…

Barranin

Il-plejer Eġizzjan Mohamed Salah iċċelebra għeluq sninu f’Ċeċnija hekk kif flimkien mat-tim tiegħu, jinsab ir-Russja għat-Tazza tad-Dinja 2018. Minkejja li l-ġurnata t’għeluq sninu ma bdietx bit-tajjeb wara li l-Eġittu tilef kontra…

Barranin

Il-Prinċep Kambodjan u eks Prim Ministru Norodom Ranariddh u martu Ouk Phalla kienu nvoluti f’inċident tat-traffiku ikraħ huma u sejrin għal attività politika. Il-Prinċep u martu ttieħdu l-isptar b’urġenza wara li taxi…

Barranin

Il-politiku konservattiv Ivan Duque ġie elett President tal-Kolumbja. Bil-voti kważi kollha magħduda, Duke ġab 54% tal-voti filwaqt li r-rival tiegħu Gustavo Petro ġab 42%. Ir-riżultat qed iqajjem tħassib dwar il-ġejjieni…

Aktar