Kronaka
Bosta mnikkta bit-telfa tal-Professur Aaron Casha, is-sitt vittma tal-Coronavirus

Bosta jinsabu mnikkta u maħsuda bit-telfa tal-Professur Aaron Casha li huwa s-sitt vittma tal-Coronavirus, f’Malta.

Il-Professur Casha, kien kirurgu u akkademiku speċjalizzat fil-qalb u kellu bosta kundizzjonijiet mediċi.

Huwa kien ilu rikoverat xi żmien fl-isptar Mater Dei u miet fl-età ta’ 53 sena.

Il-Professur Casha kien missier ta’ żewġt ibniet u f’ħajtu kkontribwixxa ħafna fil-qasam mediku f’Malta fosthom bit-tagħlim lil ġenerazzjoni sħiħa ta’ tobba u b’ħidma fid-Dipartiment tal-Anatomija fl-Università ta’ Malta.

Ara wkoll:

Raġel ta’ 53 sena huwa s-sitt vittma tal-Coronavirus f’Malta

 

 

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Baqgħu 7 l-każi attivi ta’ coronavirus f’Malta wara li fl-aħħar 24 siegħa minn 742 swab test, ma nstab l-ebda każ ġdid. Fl-aħħar 24 siegħa, ma ġie dikjarat lanqas ħadd aktar…

Lokali

Il-Kummissarju għall-Anzjani Dr Mary Vella ppreżentat ir-rapport ta’ ħidma tal-Kummissjoni lis-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva u l-Persuni b’Diżabilità Silvio Parnis. F’dan ir-rapport annwali l-Kummissjoni indikat li tul is-sena 2019 saret ħidma…

Immigrazzjoni

Kmieni dalgħodu 25 immigrant iddaħlu Malta wara li ġew salvati mill-Forzi Armati waqt li kienu fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ ta’ Malta. tvm.com.mt jinsab infurmat li fost l-immigranti hemm 16-il…

Ekonomija u Finanzi

Malta baqgħet fil-klassifika tal-pajjiżi A+ fir-rapport li għadha kemm ippubblikat Fitch Ratings. Din l-aġenżija internazzjonali ikkonfermat li l-prospetti għar-rating ta’ pajjiżna baqgħu stabbli minkejja l-impatt negattiv tal-pandemija li madwar id-dinja…

Aktar