Kurżitajiet
Bosta nies li għamlu differenza fil-ħajja ta’ xi ħadd jiftħu qalbhom waqt ‘Sibtek’ illum

Edizzjoni oħra ta’ ‘Sibtek’ tinsab magħna. Illum, xandira miżgħuda nies li għamlu differenza fil-ħajja ta’ xi ħadd.

Fost il-mistiedna tal-lum, l-hekk imsejjaħ ‘Crazy Team’, grupp ta’ Tik Tokers li jagħmlu bosta filmati li jnisslulek tbissima fuq Tik Tok.

Mistiedna llum ukoll, Lynn Chircop Faure li flimkien ma’ bintha Lizzie se titkellem fuq għadd ta’ esperjenzi li għaddiet minnhom dan l-aħħar.

Imbagħad, Terry Muscat, magħrufa bħala Terry ta’ Bormla jew iz-Zija TT se titkellem dwar l-andament ta’ ħajjitha bħalissa.

Aktar tard, spazju għal Maria Magro, tifla Maltija li diġà rebħet diversi unuri tat-tennis fuq skala internazzjonali.

Intant, il-kantanta u imprenditriċi Christabelle Borg illum ser ikollha rwol importanti wkoll.

‘Sibtek’ jixxandar illum fis-1.15pm fuq TVM.