Barranin
Bosta persuni mejta wara li ppruvaw jisirqu fuel minn fuq bawżer li nqaleb

Fit-Tanżanija mill-inqas 60 persuna nqatlu u 70 oħra ndarbu f’splużjoni qawwija ta’ bowser tal-fuel. Uffiċjali tal-Gvern qalu li l-bowser inqaleb f’liwja u f’ħakka t’għajn għexieren ta’ persuni daru miegħu biex jippruvaw jisirqu l-fuel. Ftit minuti wara seħħet l-isplużjoni li kkawżat daħna kbira li dehret minn bosta inħawi qrib ir-raħal ta’ Morogoro.

Xhieda fuq il-post qalu li ħafna mill-mejta kienu xufiera tat-taxis bil-muturi li wħud minnhom ma kinux qrib il-bowser. Qed ikun rappurtat li l-għadd tal-mejta jista’ jiżdied.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-President tal-Italja, Sergio Mattarella temm il-laqgħat ta’ konsultazzjoni mal-kapijiet tal-gruppi politiċi dwar il-kriżi politika wara li jumejn ilu sfaxxa l-gvern ta’ Conte. Is-sensazzjoni hija li l-partiti jridu jmorru għal elezzjoni…

Barranin

F’konferenza tal-aħbarijiet konġunta minn Pariġi, il-Prim Ministru tar-Renju Unit Boris Johnson u l-President Franċiż Emanuel Macron qablu dwar spirtu mġedded u kostruttiv biex jintlaħaq ftehim dwar Brexit. Waqt t-taħditiet kruċjali…

Barranin

Il-preżenza tal-mikroplastiċi fl-ilma li nixorbu ftit li xejn hija ta’ detriment għall-bniedem. Dan qalitu l-World Health Organisation (WHO) f’rapport li jassigura li dan ma jikkawżax ħsara lis-saħħa tal-bniedem. Skont ir-rapport,…

Barranin

Fil-Brażil, tkompli tisħon il-qiegħa bejn il-President Jair Bolsonaro u l-għaqdiet ambjentali. Dan wara li statistika tal-aġenzija spazjali turi li din is-sena, l-ikbar pulmun fid-dinja . . . l-Amażonja . ….

Aktar