Bosta stejjer ta’ kuraġġ waqt ‘Sibtek’ illum

Għal-lum, ‘Sibtek’ ħejja programm mimli stejjer ta’ kuraġġ. Ġrajjiet pożittivi, li għaż-żmien straordinarju li ninsabu fih ċertament li jgħollu l-moral ta’ dak li jkun.

Fost il-mistiedna llum, Ivan Gaffiero mistenni jispjega kif iltaqa’ mas-sieħeb tiegħu. Imbagħad, il-kantanta u attriċi Michela Galea se tiftaħ qalbha fuq żmien iebes li għaddiet minnu u kif eventwalment irnexxielha ssib l-għajnuna biex terġa’ tqum fuq saqajha.

Illum ukoll, ‘Sibtek’ jirfes l-għatba tad-dar tal-kantant Malcolm Pisani filwaqt li Enya Magri mistennija titkellem fuq it-telfa tal-għeżież tagħha.

Spazju llum ukoll għall-preżentatur tar-radju Arthur Caruana li għandu messaġġ fuq l-ispiritwalità x’jaqsam mat-telespettaturi.

Segwi ‘Sibtek’ illum fis-1.15pm fuq TVM.