Televiżjoni u Radju
Bosta stejjer u mistiedna waqt ‘Sibtek’ illum

It-tieni programm tas-sena ta’ ‘Sibtek’ diġà jinsab magħna. Illum, mill-ġdid, jixxandar programm ieħor ippakkjat b’kull xorta ta’ stejjer bil-għan li jżomm kumpanija lil eluf ta’ telespettaturi li x’aktarx li s-Sibt waranofsinhar isibu x-xoqqa f’moxtha biex jaqtgħu ftit mir-rutina.

Fost il-mistiedna tal-lum, Antonella Galea Loffreda. Imbagħad, l-artist Luke Chappell li minkejja li għadu fil-fjur ta’ żgħożitu għadda minn għadd ta’ esperjenzi ibsin u llum b’kuraġġ ta’ sur lest jaqsam mal-pubbliku kelmtejn ta’ kuraġġ.

Illum, spazju wkoll għall-attriċi Nakita Grima li mistennija titkellem fuq kif inbiddlet ħajjitha wara t-telfa ta’ missierha li inċidentalment huwa l-kuġin ta’ Ryan. Aktar tard, ‘Sibtek’ ilaqqa’ ‘l-pubbliku ma’ Kim Cortis u Cherylis Camilleri li fost l-oħrajn se jitħaddtu fuq il-preparamenti għat-tieġ tagħhom.

‘Sibtek’, bħal kull nhar ta’ Sibt, jixxandar illum fis-1.15pm fuq TVM.