Sport
Boxer tal-Olimpjadi akkużat li qatel lill-maħbuba li kienet tqila

Boxer mill-Puerto Rico li ħa sehem fl-Olimpjadi tal-2012 qed ikun mixli li ħataf u qatel lill-maħbuba tiegħu li kienet tqila bit-tarbija tiegħu. Félix Verdejo ta’ 27 sena, li huwa miżżewweġ, ta ruħu f’idejn il-Pulizija.

Verdejo qed ikun akkużat bil-qtil ta’ Keishla Rodríguez, kif ukoll ta’ tarbija fil-ġuf, quddiem il-Qorti Federali tal-Istati Uniti.

Qed ikun allegat li huwa taha daqqa ta’ ponn, rabatha, taha sustanza, u waddabha għal isfel minn pont viċin San Juan. Il-prosekuzzjoni qed tallega wkoll li Rodríguez inqatlet meta ltaqgħet ma’ Verdejo biex titolbu jgħinha ttemm it-tqala.