
L-attriċi Brigitte Nielson irrakkuntat kif wara li ppruvat kemm-il darba ssir omm bl-IVF, irnexxielha ssir omm ta’ 54 sena u welldet lit-tifla Frida s-sajf li għadda. Frida hija l-5 wild ta’ Nielson u meta jikkritikawha għax saret omm kbira, l-attriċi twieġeb li la hawn irġiel li jsiru missirijiet ta’ età kbira, hi tista’ tagħmel l-istess ħaġa.
Nielson qalet f’intervista f’The Guardian li ma qatgħatx qalbha u baqgħet tipprova sakemm kien fadal l-aħħar embrijun. Stqarret li kienet esperjenza diffiċli u li ġiet tiswieha ħafna flus, speċjalment fl-età tagħha. L-attriċi Daniża spjegat kif l-ormoni kienu qed jirreaġixxu b’mod differenti minn ta’ nisa oħrajn u kull meta kienet tirċievi telefonata li l-konċepiment kien falla kienet tħossha mkissra.
Fl-intervista, Nielson żvelat li baqgħet tittama li xi darba se jirnexxielha tant li meta waslet għall-aħħar embrijun it-tobba kienu qalulha li għandha ċans biss 2.5% li jirnexxielha. Ingħatat parir biex ma tgħid xejn lil ħadd sakemm jgħaddu 27 ġimgħa minħabba li kienet f’riskju kbira li l-proċeudra tal-IVF ma taħdimx fuqha.
L-attriċi, li kienet saret famuża għar-relazzjoni li kellha mal-attur Amerikan Sylvester Stallone, għandha 4 itfal subien minn tliet irġiel differenti. Iżda qatt ma setgħet issir omm mir-raġel tagħha l-produttur Taljan Mattia Dessi li ilhom miżżewġin 13-il sena. Qalet li tirċievi bosta ittri mingħand nisa li jgħidulha li l-istorja tagħha qed jagħlu iktar kuraġġ biex isiru ommijiet bl-IVF.
Tifel ta’ 14-il sena miet wara li missieru waqa’ minn fuq is-sellum għal fuqu. L-inċident seħħ f’Ruma waqt li l-missier u l-iben kienu qed jgħinu lil xulxin waqt li jirranġaw…
Il-kardinal Ġermaniż Reinhard Marx qal li hemm evidenza ċara li dokumenti dwar abbużi sesswali tat-tfal inqerdu, biex jinħeba l-abbuż li kompla għaddej bla xkiel. “Files that could have documented the…
Il-President tas-Sudan, Omar al-Bashir, iddikjara stat ta’ emerġenza, xolja l-gvern federali u keċċa l-gvernaturi tal-istat kollha. Sigħat wara, Bashir ħatar membri tal-forzi tal-ordni bħala gvernaturi u żamm lill-ħames membri tal-kabinett,…
L-Italja wkoll maħkuma minn maltemp qawwi li miegħu mhux biss ġab ħsarat kbar iżda ħasad ukoll il-ħajja ta’ 3 persuni. Fi Frosinone, 2 persuni tilfu ħajjithom u ħalla 2 oħra…