Kurżitajiet
Brad Pitt u Charlize Theron qed joħorġu flimkien – rapporti

Jidher li għadha kif iffurmat koppja ġdida ta’ Hollywood mill-atturi ta’ fama mondjali Brad Pitt u Charlize Theron.

Skont il-media barranija, Pitt u Theron bdew joħorġu flimkien xahar ilu u ltaqgħu permezz ta’ Sean Penn, ex sieħeb tal-attriċi Sud Afrikana.  Fi tmiem il-ġimgħa, jidher li Pitt u Theron intemħu flimkien f’bar f’Los Angeles u dehru kuntenti ħafna fil-kumpanija ta’ xulxin.

L-attur Amerikan ta’ 55 sena, wara li ddivorzja minn ma’ Jennifer Aniston, kellu relazzjoni twila ma’ Angelina Jolie u kellhom 6 itfal, fosthom tlieta minnhom adottivi.  Pitt u Jolie sseparaw fl-2016.

L-attriċi Sud Afrikana ta’ 43 sena qatt ma żżewġet, għandha żewġt itfal adottivi u kienet pass bogħod milli tiżżewweġ lil Penn.  Ir-relazzjoni tagħhom intemmet fl-2015.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Grupp ta’ sajjieda fil-Messiku li kienu sejrin lura lejn id-dar bid-dgħajsa, feraħanin bil-qabda tal-jum, malajr sabu lil min japprezza xogħlhom. Iljun tal-baħar qabad man-naħa ta’ wara tad-dgħajsa, u ma deherx…

Barranin

Lura fl-2015, l-imprenditur Amerikan Dan Price iddeċieda li jnaqqas b’mod sostanzjali l-paga li jaqla’ hu, biex iżid il-pagi tal-ħaddiema tiegħu. L-impjegati tiegħu kellhom paga medja ta’ $40,000 fis-sena, paga li…

Barranin

Omm fl-Italja ġiet arrestata wara li abbandunat lit-tarbija tagħha fuq bankina f’Ruma. L-att tal-mara nqabad fuq filmati minn kameras tas-sigurtà. Il-mara tidher timbotta pram u tieqaf biswit karozza pparkjata. Il-mara,…

Televiżjoni u Radju

Matul l-aħħar edizzjoni ta’ ‘X Factor Malta’, fost l-għadd ta’ parteċipanti li għamluha għal-Live Shows tal-aħħar, Karl Schembri. Liema żagħżugħ, irnexxielu jisraq il-qlub tal-pubbliku bil-vuċi stupenda li tikkaratterizzah, b’mod speċjali…

Aktar