Barranin
Fil-Brażil, raġel joqtol 3 itrabi f’attakk b’sikkina fi skola

Ħames persuni, fosthom tlitt itfal taħt is-sentejn inqatlu minn żagħżugħ waqt attakk b’sikkina fi skola fi Brażil.

Żagħżugħ ta’ 18-il sena wettaq l-attakk fi skola ta’ tfal żgħar f’Saudades, fin-naħa t’isfel tal-Brażil.

Fost il-vittmi hemm tlitt itrabi u żewġ ħaddiema. Qed ikun irrapportat li ndarab ħafif tifel ieħor. Intant, l-aggressur uża l-istess arma fuqu. Huwa jinsab f’qagħda kritika.

Sa issa għadu mhux magħruf il-motiv ta’ dan l-attakk. Waqt l-attakk kien hemm diversi tfal oħra li l-istaff irnexxielhom jaħbuhom.