Brexit
BREXIT: Il-Membri Parlamentari se jivvotaw dwar jekk jitolbux estensjoni tad-data tal-ħruġ mill-UE

Tkompli s-saga dwar il-Brexit fil-House of Commons fejn il-membri għat-tielet jum infila ser jivvutaw fuq jekk għandhiex tintalab estensjoni tad-data tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea fid-29 ta’ Marzu. Ser jivvutaw ukoll fuq emenda dwar jekk għandux isir referendum ieħor dwar Brexit.

Waqt li l-vot dwar l-estensjoni mistenni jgħaddi, il-vot għat-tieni referendum ma sabx l-appoġġ mill-membri minkejja li l-Kap tal-Oppożizzjoni kien tkellem favur referendum ieħor.

Bil-Gvern Ingliż u l-Parlament Ingliż maqsuma dwar il-proċess ta’ Brexit, il-House of Commons ser ikompli ifittex soluzzjoni anke jekk il-proċess tal-Brexit jinsab fi sqaq.

Wara li fil-jumejn li għaddew il-membri parlamentari Ingliżi ivvutaw kontra l-ftehim negozjat dwar Brexit u kontra l-ħruġ mill-Unjoni Ewropea mingħajr ftehim rivedut, issa mistennija jitolbu għal estensjoni biex isiru aktar negozjati mal-Unjoni Ewropea.

Il-President tal-Kunsill Ewropew, Donald Tusk, qal fi tweet li jekk il-Parlament Ingliż jivvota favur estensjoni, huwa ser jipproponi lill-mexxejja Ewropej biex din tkun estensjoni fit-tul.

Vot ieħor fil-Parlament Ingliż huwa biex ikun hemm referendum ieħor għalkemm dwar dan hemm diverġenzi kbar u oppożizzjoni minn dawk li jridu l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.

B’sorpriża kemm il-kampanja favur it-tieni referendum u l-Partit Laburista Ingliż li wkoll kien tkellem favur referendum, qalu li fiċ-ċirkustanzi, estensjoni hija aħjar minn referendum ġdid.

Keir Starmer, mill-Partit Laburista Ingliż qal “the honorable member would know that there are many people in and out of this place absolutely supportive of a people’s vote, vehemently disagree with this amendment being tabled and voted on today.”

Mhux tal-istess fehma l-Membru Parlamentari Skoċiż Ian Blackford. Ian Blacford qal “this house has the first opportunity it has had, perhaps the only opportunity, to say on the basis of what we know, to say on the basis of what we has changed from the referendum in 2016, that the people of the United Kingdom deserve to have a people’s vote, that we all reflect on the reality that there is no such thing is a good Brexit, that we know that there are people who are going to loose their jobs.”

Id-dibattitu tal-aħħar tliet ijiem fil-House of Commons wera li l-inċertezza hija l-uniku ċertezza dwar il-ġejjieni tar-Renju Unit.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Mill-inqas 8 persuni ndarbu wara li pakkett suspettat b’bomba sploda fiċ-ċentru tal-belt Franċiża ta’ Lyon. Lyon hi t-tielet l-ikbar belt fi Franza. Il-Pulizija ssiġillaw ix-xena tal-inċident u bħalissa fuq il-post…

Unjoni Ewropea

Wara li lbieraħ bdew jivvutaw l-Ingliżi u l-Olandiżi, illum kien imiss lill-Irlandiżi u ċ-Ċeki biex joħorġu jivvutaw biex jaħtru d-deputati Ewroparlamentari. Fir-Repubblika Ċeka l-votazzjoni maqsuma fuq jumejn bil-għan li t-turnout…

Barranin

Is-sajf fl-Italja mistenni jkun ikkaratterizzat minn temp estrem, b’perjodu ta’ nixfa u xita qalila. L-esperti tat-temp fl-Italja ltaqgħu dan l-aħħar f’Ruma u qed ibassru li l-istaġun sajfi se jkun kemmxejn…

Barranin

Raġel fl-Istati Uniti ġie arrestat wara li mara rrapportat lill-Pulizija li kien għaddiha biż-żmien u ħadilha $80,000. L-arrestat huwa John Martin Hill ta’ 35 sena, bil-mara tgħid li kienet iltaqgħet…

Aktar