Brexit
Brexit: Ir-Renju Unit u l-UE jaqblu fuq ftehim

Il-mexxejja tal-Unjoni Ewropea fosthom il-Prim Ministru Joseph Muscat qed jiltaqgħu f’summit fi Brussell fl-isfond ta’ ftehim dwar Brexit li ntlaħaq ftit qabel nofsinhar bejn it-tim ta’ negozjaturi tal-Unjoni Ewropea u rappreżentanti tal-gvern Ingliż.

Il-ftehim li jirregola ċerti arranġamenti speċjali dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea jrid jiġi approvat mill-kapijiet ta’ stat u gvern li qed jiltaqgħu għal dan il-Kunsill Ewropew. Ikun fadal issa vot ieħor kruċjali, is-Sibt li ġej mill-Parlament Ingliż. Fi Brussell hemm il-kollega Adrian Spiteri li se jaġġornana kemm dwar il-qbil milħuq għal Brexit bi ftehim u anke dwer l-aħħar żviluppi.

L-abboz tal-ftehim ġdid dwar Brexit bejn il-gvern Ingliż u l-Kummissjoni Ewropea jintlaħaq ftit qabel il-ftuħ tas-summit tal-mexxejja Ewropej bit-tama li jiġi evitat ħruġ diżordinat tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea ġimagħtejn oħra.

In-negozjatur tal-Unjoni Ewropea fuq Brexit Michel Barnier, qal li l-ftehim jipprovdi ċertezza dwar l-oqsma kollha li ser jiġu affetwati minn Brexit.

Huwa qal li l-akbar bidla fil-ftehim il-ġdid hija dwar il-kwistjoni tal-fruntiera bejn l-Irlanda ta’ fuq u l-Irlanda.

“The solution that we found rests on four main elements. Number one: Northern Ireland will remain aligned to a limited set of EU rules, notably related to goods. This means all applicable procedures on goods will take place at the points of entry into Northern Ireland, and not across the island.”

Is-Sur Barnier żied l-Irlanda ta’ Fuq bħala parti mir-Renju Unit ser tkun barra mill-Unjoni Ewropea, iżda ser ikollha arranġament speċjali fuq il-merkanzija li taqsam il-fruntiera mir-Repubblika Irlandiża.

“So, what have we done to square this circle?

“UK authorities can apply UK tariffs on products coming from third countries, so long as those goods entering Northern Ireland are not at risk of entering our single market. However, for goods at risk of entering the single market, ULK authorities will apply the EU’s tariffs.”

Viżibbilment soddisfatt, il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson qal li dal-ftehim huwa tajjeb għar-Renju Unit u għall-Unjoni Ewropea.

“I think it is a reasonable, fair outcome and reflected the large amount of work undertaken by both sides. I agree very much with Jean-Claude about what he said about protecting the peace process on the island of Ireland and Northern Ireland. Of course, for us in the UK it means we can deliver a real Brexit that achieves our objectives.”

Fir-Renju Unit, kien hemm reazzjoni mħallta għal dan il-ftehim. Il-Kap tal-Oppożizzjoni Jeremy Corbyn qal li nhar is-Sibt l-oppożizzjoni ser tivvota kontra dan il-ftehim f’seduta apposta tal-House of Commons għax qal li dal-ftehim huwa agħar min dak ta’ Theresa May.

Il-Kap tal-Partit ta’ Brexit, Nigel Farage qal li dan il-ftehim ser iżomm lir-Renju Unit marbut mal-Unjoni Ewropea kontra r-rieda tal-poplu Ingliż li vvota għal Brexit.

“That means we will not be making our own laws in our own country on employment and environment and so many things that frankly I think that we have just done the easy bit during the last three and a half years and the next bit will be even harder. It is a new EU treaty and I frankly think it should be rejected and the best way out of this is to have a clean break.

Il-Partit tad-DUP mill-Irlanda ta’ Fuq li miegħu l-Gvern ta’ Johnson għandu ftehim ta’ kooperazzjoni, qal li dan il-ftehim mhux fl-interess tal-Irlanda ta’ fuq u li ser ikompli jikkumplika u jtawwal il-process tal-ħruġ mill-Unjoni Ewropea.

Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

Mit-Tnejn li ġej l-Università ta’ Malta se jibdew ċ-ċerimonji ta’ gradwazzjoni għal tliet elef u ħames mitt student, li aktar minn sittin fil-mija minnhom huma nisa. F’quddiesa ta’ ringrazzjament, l-Isqof…

Statistika

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal li kien hemm 31 studenti tfajliet li ġew riferuti lis-servizz Għożża tul is-sena skolastika li għaddiet. Is-servizz Għożża joffri għajnuna lil tfajliet fl-età tal-iskola obbligatorja…

Lokali

565 persuna kienu rrapportati lill-Pulizija bħala nieqsa mill-bidu tas-sena sa tmiem Settembru. Minn dawn il-persuni 514 instabu waqt li 51 oħra għadhom irrapurtati nieqsa. Dan it-tagħrif ingħata fil-Parlament mill-Ministru għall-Affarijiet…

Aktar