Brexit
Brexit itemm il-moviment ħieles tal-persuni mill-UE lejn ir-Renju Unit

Il-Prim Ministru tar-Renju Unit, Theresa May, iddikjarat li bi Brexit jintemm il-moviment ħieles tal-persuni mill-Unjoni Ewropea lejn ir-Renju Unit.

Madankollu, May ma kkommettietx ruħha għal trattament preferenzjali lil ċittadini mill-Unjoni Ewropea.

Dikjarazzjoni skjetta tal-Prim Ministru Ingliż, Theresa May li bil-pjani ta’ Brexit, il-moviment ħieles tal-persuni mill-Unjoni Ewropea se jispiċċa. Intervistata mill-BBC, May m’eskludietx li ċittadini Ewropej jiġu privileġġjati meta jiġu biex jivvjaġġaw lejn ir-Renju Unit.

May irnexxielha tasal għall-qbil fil-kabinett dwar il-pjani tagħha għall-Brexit, minkejja t-trikki trakki li kien hemm dan l-aħħar fit-taħditiet dwar Brexit.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fi Franza omm li ħbiet lit-tarbija tagħha f’but ta’ karozza li kien mimli dud għal kważi sentejn intbagħtet ħames snin ħabs, tlieta minnhom sospiżi. Rosa-Maria Da Cruz żammet lil bintha, Séréna…

Barranin

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump wasal f’Kalifornja fejn beda jżur il-postijiet milquta mill-agħar nirien fl-istorja ta’ dan l-istat Amerikan. Trump iddeskriva x-xena li ra sa issa bħala waħda ta’ swied…

Barranin

Instab is-sottomarin li sena ilu kien għeb b’44 membru tal-ekwipaġġ abbord. Is-sottomarin, ARA San Juan kien għeb 430 kilometru ‘l barra mill-kosta tal-Arġentina fil-15 ta’ Novembru. In-Navy kienet waqqfet il-missjoni…

Barranin

Aktar minn elf ruħ huma rrapportati nieqsa wara n-nirien li ħakmu l-istat Amerikan ta’ Kalifornja. Uffiċjali Amerikani qalu li għalkemm dan l-ammont tela’ drastikament minn 631, jista’ jkun li hemm…

Aktar