Barranin
Brexit: L-Ispeaker tal-House of Commons jirrifjuta t-talba biex jittieħed vot

L-Ispeaker tal-House of Commons irrifjuta t-talba tal-Gvern biex jittieħed vot ieħor dwar il-ftehim innegozjat mal-Unjoni Ewropea dwar Brexit.

John Bercow qal li l-mozzjoni dwar il-ftehim innegozjat mill-Prim Ministru Boris Johnson diġà kien diskuss fid-dibattitu tas-Sibt, u li dibattitu ieħor dwar l-istess mozzjoni ikun repettitiv u diżordnat.

L-Ispeaker qal li d-deċiżjoni tiegħu hija bbażata fuq Konvenzjoni Parlamentari tal-1604.

“In summary, today’s motion is in substance the same as Saturday’s motion, and the House has decided the matter. Today’s circumstances are in substance the same as Saturday’s circumstances. My ruling is therefore that the motion will not be debated today as it would be repetitive and disorderly to do so.”

Il-Prim Ministru diġà pprova jressaq il-ftehim għal vot nhar is-Sibt iżda l-membri parlamentari vvotaw biex jipposponu l-ftehim maqbul mal-mexxejja tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea fi Brussell.

“It is clear that the motions are in substance the same, however this matter was decided fewer than 49 hours ago. After more than three hours of debate the House voted by 322 to 306 for Sir Oliver Letwin’s amendment which stated that and I quote, ‘this House has considered the matter but withholds approval unless and until implementing legislation is passed’ unquote.”

Wara l-vot tas-Sibt, il-Prim Minsitru Johnson kien sfurzat jibgħat ittra lill-Unjoni Ewropea biex jitlob estensjoni dwar Brexit minkejja li ma iffirmax l-ittra.

Aħbarijiet Oħra

Il-President Amerikan Donald Trump ħallas biss $750 f’taxxi fuq id-dħul tiegħu fl-2016. Rapport fuq in-New York Times, li kisbet aċċess għal informazzjoni li tmur lura aktar minn 20 sena, jgħid…

Fil-Venezwela kważi 200 persuna li jaħdmu bħala paramediċi fil-qasam tas-saħħa tilfu ħajjithom minn Marzu ‘l hawn kawża tal-imxija tal-Covid-19. Fil-Venezwela nstabu mil-lanqas 68,000 persuna li kellhom il-Coronavirus li minnhom tilfu…

Il-votanti fl-Iżvizzera vvutaw kontra l-proposta li jiġu fi tmiemu ftehim mal-Unjoni Ewropea dwar il-moviment ħieles tal-persuni. Skont SRF, ir-riżultat tar-referndum se jkun 63% b’37%. L-Iżvizzera mhijiex membru tal-Unjoni Ewropea, imma…

Il-forzi tal-Armenja u l-Ażerbajġan qed jiġġieldu dwar ir-reġjun Nagorno-Karabakh, u twaqqa’ tal-inqas ħelikopter wieħed tal-Ażerbajġan. L-Armenja qalet li l-Ażerbajġan beda jattakkaha mill-art u mill-ajru u wara ddikjarat l-liġi marzjali. Min-naħa…

Aktar