Brexit
Brexit: L-UE tagħti estensjoni sat-22 ta’ Mejju jekk id-deputati japprovaw il-ftehim ta’ ħruġ

Il-mexxejja tal-Unjoni Ewropea u l-Prim Ministru tar-Renju Unit, Theresa May qablu għal estensjoni qasira sat-22 ta’ Mejju li ġej għad-divorzju tar-Renju Unit minn mal-Unjoni Ewropea, bit-tama li Brexit iseħħ b’mod ordnat u ma jseħħx mingħajr ftehim. Dan għamluh b’kundizzjoni li l-ġimgħa d-dieħla l-House of Commons tapprova l-ftehim ta’ ħruġ waqt li f’każ li terġà tivvota kontrih, l-estensjoni tkun iqsar sat-12 ta’ April.

Il-President tal-Kunsill Ewropew, Donald Tusk li qabel beda s-Summit kellu laqgħat individwali ma’ wħud mill-mexxejja fosthom il-Prim Ministru Joseph Muscat, qal li l-Unjoni Ewropea wieġbet għat-talbiet tar-Renju Unit bi spirtu pożittiv.

Ir-Renju Unit hu skedat li jħalli l-Unjoni Ewropea bħal-lum ġimgħa iżda sa issa l-Parlament tar-Renju Unit għadu m’approvax il-ftehim ta’ ħruġ li nnegozjat il-Prim Ministru Theresa May li issa għandha sfida biex issib appoġġ fil-Parlament u tiddeċiedi x’jiġri f’każ li d-deputati jerġgħu jivvutaw kontra. F’każ li jiġri hekk, l-għażliet huma li r-Renju Unit jirtira Artiklu 50 u jwaqqaf il-ħruġ mill-Unjoni Ewropea jew jitlob estensjoni itwal iżda bil-kundizzjoni li jorganizza l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew bejn it-23 u s-26 ta’ Mejju li ġej.

Eżatt wara l-qbil bejn il-mexxejja tal-Unjoni Ewropea tard il-lejl li għadda, Theresa May qalet li dan hu l-mument tal-prova u hi se tibqa’ determinata li r-Renju Unit joħroġ mill-UE bi ftehim. Qalet li jkun ħażin li titlob lir-Renju Unit jieħu sehem fl-elezzjonijiet Ewropej tliet snin wara li vvota biex joħroġ mill-UE.

Ara wkoll:

ARA: Il-PM jemmen li sentejn kienu ftit wisq għan-negozjati ta’ Brexit

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Mara li sofriet minn ġrieħi serji f’moħħha wara li kienet involuta f’inċident ikrah tat-traffiku fl-Emirati Għarab Magħquda qamet minn koma li kienet fiha għal kważi 3 diċenji. Munira Abdulla kienet…

Barranin

Il-President tal-Filippini Rodrigo Duterte hedded lill-gvern Kanadiż bi gwerra jekk ma jiħux lura l-iskart li bagħtu fil-pajjiż. Mal-2,450 tunnellata skart intbagħtet lejn il-Filippini fl-2013 u l-2014 iżda meta sarulha l-ispezzjonijiet,…

Kurżitajiet

Il-President tal-Liberja u eks plejer tal-football Afrikan, George Weah spiċċa jaħdem mid-dar hekk kif l-uffiċċju tiegħu spiċċa b’infestazzjoni ta’ sriep. Il-President flimkien ma’ ħaddiema oħrajn intalbu ma jersqux lejn il-ministeru…

Barranin

Jacqui Saburido, is-simbolu tal-kampanja internazzjonali tixrobx jekk se ssuq, mietet fl-età ta’ 40 sena wara li ħakmitha l-marda tal-kanċer. Il-ħajja għal Saburido ma kinetx kollha ward u żahar hekk kif…

Aktar