Barranin
BREXIT: Theresa May twieġeb l-ittra li bagħtilha Corbyn

Il-Prim Ministru tar-Renju Unit Theresa May wieġbet għall-ittra li l-mexxej tal-Partit Laburista Ingliż, Jeremy Corbyn bagħtilha l-ġimgħa li għaddiet. Fl-ittra tagħha, May tistaqsi dwar is-sejħa ta’ Corbyn biex ir-Renju Unit jibqa’ f’unjoni doganali mal-Unjoni Ewropea, iżda tilqa’ li jkun hemm aktar taħditiet mal-Partit Laburista fuq ftehim biex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewroea f’inqas minn ħamsin jum ieħor.

Hija trid li ż-żewġ partiti jiddiskutu dwar arranġamenti alternattivi għall-Irlanda. Fl-ittra, May ma rrifjutat l-ebda kundizzjoni li għamlilha Corbyn u esprimiet it-tama li ż-żewġ partijiet jiltaqgħu kemm jista’ jkun malajr.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fi Sri Lanka mill-inqas mitt ruħ inqatlu u mijiet oħra ndarbu kawża ta’ splużjonijiet f’għadd ta’ knejjes u lukandi. B’kollox mill-inqas jidher li seħħew sitt splużjonijiet, bi tlieta minnhom fi…

Barranin

Illum fl-Ukrajna se ssir l-elezzjoni presidenzjali fejn il-votanti għandhom għażla li jew itellgħu lill-kummidjant televiżiv Volodymyr Zelensky, jew lin-negozjant biljunarju u l-President preżenti Petro Poroshenko. L-iktar wieħed favorit mit-tnejn li…

Barranin

Għall-imprenditur Taljan Alberto Vazzoler, li jaħbi €40,000 f’torta nejja kienet probabbli waħda mill-agħar deċiżjonijiet li qatt għamel. Dan għaliex mhux biss il-flus spiċċaw maħruqa fil-forn meta s-sieħba sabet l-istrudel u…

Aktar