Brodu jdoqqu LIVE għall-ewwel darba fuq it-televiżjoni waqt Serataron!

Għal ewwel darba Brodu jdoqqu live fuq it-televiżjoni Malti fis-Serataron ta’ din il-ġimgħa.

F’dan il-programm ma’ Jacqui Losco u Ron Briffa se jingħaqdu Sander Agius, Denisè Gafa u Pierre Cordina għalkemm milli qalulna jaf jaqbeż qabża Vinny ukoll!

Fost il-logħob li se jkunu qegħdin jilagħbu hemm żewġ logħbiet popolari ħafna mat-telespettaturi għaliex huma ‘Aqrali Xufftejja’ u ‘Rulina Ġakbina’. Daħq garantit! Il-mużika bil-Malti tkun dejjem preżenti permezz tal-makkjetta tal-band residenzjali r-Ronnies.

Jekk tixtieq tibda tmiem il-ġimgħa b’mod trankwill u rilassat għażla waħda għandek. Illejla fid-20.50 fuq TVM. Naturalment Serataron.