Barranin
Brunei jdaħħal il-piena tal-mewt għall-koppji tal-istess ġeneru

L-istat ta’ Brunei introduċa liġijiet Iżlamiċi ġodda li permezz tagħhom is-sess bejn persuni tal-istess stess ġie att kriminali bil-piena tal-mewt permezz ta’ twaddib tal-ġebel. Is-Sultan Hassanal Bolkiah qal li filwaqt li l-irġiel jiġu mħaġġra, jekk jinqabdu żewġ nisa flimkien jingħataw mitt daqqa ta’ frosta.

Dawn il-liġijiet ġodda li daħlu fis-seħħ mil-lum jinkludu s-serq, li f’reat bħal dan min jinqabad jinqatgħawlu jdejh.

Is-sess bejn persuni tal-istess sess diġà kien kriminali, iżda issa l-piena, li kienet ta’ massimu ta’ 10 snin ħabs, inbidlet għal waħda ta’ tħaġġir bil-ġebel sal-mewt.

Sabiex wieħed jingħata l-piena tal-mewt irid jew jammetti nkella jkun hemm xhieda ta’ 4 persuni li jkunu rawh jagħmel is-sess ma’ persuna tal-istess sess.