Lokali
B’sistema ġdida għall-Isle of MTV għal aktar sigurtà

Uffiċjal tal-Awtorità tat-Turizmu qal li l-kumpanija VIACOM hija sodisfatta bl-ammont ta’ persuni li diġà irreġistraw bis-sistema l-ġdida biex jattendu għal kunċert tal-Isle of MTV f’Ġunju li ġej.

Il-Kap tad-Dipartiment tal-Avvenimenti tal-Awtorità tat-Turiżmu, Lionel Gerada, qal lil TVM li bis-sistema l-ġdida, l-Awtorità mhix ser ikollha u lanqas hija interessata li jkollha d-dettalji personali ta’ dawk li ser jattendu għall-kunċert.

Kważi xahrejn bogħod mill-kuncert tal-Isle of MTV fuq il-Fosos tal-Floriana, l-organizzaturi komplew jinsistu li għall-ewwel darba, id-dħul għall-kunċert irid isir bil-biljett u b’identfikazzjoni, għalkemm ser jibqa’ b’xejn għal kulħadd. L-Awtorità tat-Turiżmu sostniet li hi mhix interesssata fl-identità tal-persuni iżda fil-profil tagħhom għal skop ta’ statistika u marketing turistiku futur għal dal-kunċert.

Il-Kap tad-Dipartiment tat-Turiżmu tal-Avvenimenti tal-MTA, Lionel Gerada qal “L-isle of MTV jattira ħafna turisti u huwa tajjeb li aħna bħala MTA għas-snin li ġejjin inkunu nafu x’tip ta’ età jkun hawn għall-attività u wkoll mil-liema pajjiż ġejjin u nkunu nafu fejn għandna niffukaw il-marketing tagħna u fejn m’għandnix u fejn għandna nnaqqsu.”

Il-Kap tad-Dipartiment tal-Avvenimenti tal-MTA, Lionel Gerada kompla jispjega li kienu d-diriġenti barranin tal-Isle of MTV li nsistew għall-kontrolli ġodda għad-dħul tal-kunċert għal raġunijiet ta’ saħħa u sigurtà fid-dawl ta’ attakki terroristiċi li kien hemm f’pajjiżi barranin.

“L-additional information intalbet wara li kulħadd jaf x’ġara f’pajjiżi oħra, huwa tajjeb li wieħed ikun jaf eżatt min hemm, biex jekk jinqala xi ħaġa s-security officers tal-Isle of MTV ikunu jafu eżatt min kien hemm f’dak il-ħin f’dak il-post” qal Gerada.

Saħaq li l-MTA m’għandhiex u mhux ser ikollha informazzjoni ta’ min jirreġistra għal kunċert u se jkun biss wara li jgħaddi l-kunċert li se titlob lill-Isle of MTV għall-istatistika li tkun ġabret mir-reġistrazzjoni tal-biljetti. Qal li din ser tintuża għal skop ta’ marketing u riċerka.

Spjega li din mhix ser tinkludi l-isem, il-kunjom u d-dettalji personali imma l-MTA hija interessata jkollha stampa tal-etajiet ta’ dawk li jattendu u mil-liema pajjizi ijkunu ġew. Is-Sur Gerada qal li dan sar b’konsultazzjoni mal-Kummissarju tad-Data. Temm jgħid li bħal postijiet oħra tad-divertiment, dawk li jattendu jridu juru dokument ta’ identifikazzjoni biex jixtru u jikkunsmaw xorb.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Maria Ellul u Daryl Azzopardi huma r-rebbieħa tal-konkors ta’ sbuħija Ms u Mr World Malta. Il-konkors sar ilbieraħ fi Pjazza Teatru Rjal il-Belt Valletta. Maria Ellul li għandha 24 sena…

Lokali

Il-kumpanija MaltaPost, qed isarraf fil-prattika il-kuncett tal-inklużjoni u mxiet pass ‘il quddiem minn dak stipulat fil-liġi. Numru ta’ ħaddiema b’diżabiltà ġew impjegati mill-MaltaPost għaċ-ċentru tagħha fix-Xewkija filwaqt li Jobs Plus…

Lokali

Il-fondi Ewropej għall-wireless internet b’xejn huma l-aktar popolari f’seba’ pajjiżi fosthom f’Malta. Is-seba’ pajjiżi huma l-Belġju, il-Bulgarija, il-Kroazja, l-Italja, Malta is-Slovenja u r-Rumanija. L-iskema msejħa WiFi4EU attirat l-interess ta’ madwar…

Aktar