Konsumatur
B’sistemi ġodda se jinqabad min jisraq l-ilma b’mod sistematiku

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qalet li ġiet programmata b’suċċess teknoloġija li tidentifika ħela ta’ ilma inkluż serq.

Il-Korporazzjoni qalet li issa tista’ tittraċċa min jisraq l-ilma b’mod sistematiku. S’issa, il-prevenzjoni tas-serq tal-ilma kienet biċċa xogħol impenjattiva li kienet tinvolvi investigazzjonijiet estensivi u riżorsi umani.

Il-proġett jinvolvi l-użu ta’ teknoloġiji ġodda li jitimgħu algoritmi lis-sistema u li huma kapaċi jindividwaw lill-awturi tas-serq.

Permezz ta’ din is-sistema diġà ġie identifikat każ partikolari li kien jinvolvi individwu li kien qed jisraq madwar 35% tal-ilma totali mitmum f’raħal speċifiku Għawdxi. L-evidenza qed tiġi fformalizzata u każijiet kollha bħal dawn se jintbagħtu lill-pulizija għal azzjoni ulterjuri minn naħa tagħhom.

Matul ix-xhur li ġejjin, it-teknoloġija użata għal dan il-proġett pilota se tkompli tinfirex madwar Malta u Għawdex.

Aħbarijiet Oħra
Infrastruttura

L-ewwel parti tal-proġett tas-Central Link li se tkun lesta hi dik minn quddiem il-ħruġ, faċċata tal-Palazz ta’ Sant’Anton sa Wied Inċita f’Ħ’Attard. Il-Ministru Ian Borg qal li din il-parti mistennija…

Ekonomija u Finanzi

Diversi kumpaniji lokali li għandhom l-ishma u l-bonds tagħhom ikkwotati fil-borża fl-aħħar jiem infurmaw lis-suq bil-pożizzjoni tagħhom, anke biex iserrħu moħħ l-investituri dwar l-investiment tagħhom. Il-borża ta’ Malta, bħas-swieq finanzjarji…

Kronaka

Filmat li kiseb TVM juri parti mill-vjaġġ tat-trakk li llum għamel ħerba fil-Mellieħa wara li laqat minn tal-anqas ħames vetturi oħra. It-trakk, misjuq minn raġel ta’ 29 sena, jidher isuq…

COVID-19

Minn din il-ġimgħa, l-iskype beda jintuża fil-ħabs biex priġunieri jagħmlu kuntatt limitat u b’ħarsien tar-regolamenti mal-familjari. Il-miżura tikkumpensa d-deċiżjoni li minħabba l-imxija tal-coronavirus, il-qraba ma jistgħux iżuru lill-priġunieri. Fil-ħabs qed…

Aktar