Reliġjon
B’TVM2 rasek mistrieħa li mhux se titlef quddies

Il-Covid-19 sfrattana lkoll, xi ftit. Fost l-oħrajn, f’dawn il-jiem kienu għaddejin ġmielhom l-aħħar preparamenti għal għadd ta’ attivitajiet sagri tal-Ġimgħa Mqaddsa, u li fl-isfond tal-aħħar żviluppi f’pajjiżna b’rabta mal-Coronavirus kellhom jitħassru. Aħjar uff milli aħħ.

F’dan l-isfond, fl-aħħar sigħat tħabbar ukoll l-għeluq tal-iskejjel madwar il-gżejjer Maltin, kif ukoll tal-knejjes. B’hekk, għal dawn il-jiem, TVM2 ħaseb għal dawk li ta’ kuljum jew nhar ta’ Ħadd imdorrija jisimgħu quddiesa.

Il-quddies, fuq TVM2, se jixxandar b’dan il-mod:

Illum, f’nofsinhar.

Mit-Tnejn sal-Ħadd il-quddies fid-9.30am. Nhar ta’ Sibt il-quddies fis-6.30pm.

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa jixxandar ir-rużarju fil-5.30pm.

Minn għada s-Sibt 14 ta’ Marzu, il-Kurja tal-Arċisqof, inkluż l-Uffiċċju Żwiġijiet u l-uffiċċju ċentrali tal-Caritas, u t-Tribunali Ekkleżjastiċi fil-Belt Valletta, se jkunu magħluqin għall-pubbliku. Dan qed isir bħala miżura ta’ prekawzjoni li tħares is-saħħa u s-sigurtà kemm tal-pubbliku kif ukoll tal-impjegati.

Għalhekk, il-Kurja qed tniedi helpline għal dawk li jkollhom xi mistoqsijiet urġenti relatati mal-ħidma tal-Arċidjoċesi. In-numru 79241281 se jibda jopera minn għada s-Sibt, bejn id-9:00 a.m. u l-4:00 p.m. Wieħed jista’ wkoll jibgħat email fuq [email protected]