Lokali
Budget 2018 dirett fuq TVM, Radju Malta u tvm.com.mt

Ilum, f’jum il-Budget 2018, TVM, Radju Malta u tvm.com.mt ser iżommu l-appuntament tagħhom magħkom b’għadd ta’ servizzi u xandiriet diretti.

Ftit qabel il-5.00pm jibda programm speċjali b’diskussjoni ma’ ekonomisti fl-istudio, filwaqt li tixxandar il-laqgħa tal-Minsitru tal-Finanzi Edward Scicluna mal-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca fil-Palazz, il-Belt.

Fis-6.30pm, fuq TVM, Radju Malta u l-portal tvm.com.mt jixxandar dirett id-diskors tal-Budget 2018.

Isegwi fuq TVM bulettin tal-Aħbarijiet b’għadd ta’ servizzi li jispjegaw il-miżuri mħabbra u nwasslulkom ukoll il-konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Prim Ministru u l-Ministru tal-Finanzi u l-ewwel reazzjoni tal-Oppożizzjoni.

Aġġornamenti kontinwi fuq tvm.com.mt tal-miżuri mħabbra u r-reazzjonijiet dwar il-Budget 2018.

Wara, programm speċjali bis-sehem tal-Ministru Edward Scicluna u l-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Finanzi Mario de Marco, u l-ewwel reazzjonijiet għall-Budget minn unions u korpi kostitwiti.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Bdiet taħdem l-ewwel sistema li permezz tagħha għadd ta’ karozzi elettriċi jistgħu jintużaw minn persuni differenti matul l-istess ġurnata. Din se titħaddem mill-kumpanija CAR2GO Israel bħala parti minn ftehim ma’…

Għawdex

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana nediet ir-raba’ edizzjoni tal-kampanja ‘Naħseb Fik’. Din il-kampanja hi proġett li permezz tiegħu gruppi ta’ persuni identifikati jkunu jistgħu jagħmlu xewqat għal rigali partikolari u…

Qorti

Negozjant Taljan li allegatament qarraq b’żewġ kumpaniji tal-kostruzzjoni u ffrodahom ekuf ta’ ewro baqa’ miżmum arrestat wara li m’ammettiex l-akkużi miġjuba kontrieh. Angelo Distefano ta’ 32 sena li huwa direttur…

Lokali

Erbat’ijiem oħra Ela Mangion titlaq lejn Minsk fil-Belarus biex bil-kanzunetta Marchin’ On tirrappreżenta lil Malta fil-Junior Eurovision Song Contest. Il-250 studenta, l-għalliema u l-kap tal-iskola sekondarja Immaculate Conception f’Ħal Tarxien,…

Aktar