Budget
Budget 2019: Benefiċċji ġodda għas-self-employed u l-forzi tal-ordni

Il-ħaddiema li jaħdmu għal rashom għall-ewwel darba se jingħataw kumpens f’każ li jkollhom jieqfu mix-xogħol u jibdew jirreġistraw. Dan il-benefiċċju tal-qgħad se jingħata abbażi tal-kontribuzzjonijiet li jkunu ħallsu, u ttemm id-diskriminazzjoni bejn persuni impjegati u self-employed.

Barra minn hekk, il-membri tal-forzi tas-sigurtà se jingħataw numru ta’ benefiċċji ġodda f’każ li jweġġgħu waqt il-qadi ta’ dmirijiethom u ma jkunux jistgħu jaħdmu iktar.