Lokali
Budget 2020: “Konferma ta’ Gvern riformista”

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni ta’ Proċessi Amministrattivi, Julia Farrugia Portelli, qalet li budget ser ikompli bl-agenda riformista tal-gvern.

Is-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli qalet li l-budget għas-sena d-dieħla jkompli jibni fuq oħrajn ta’ qablu u se jżid l-impenn tal-gvern li jindirizza t-traffikar uman u l-prostituzzjoni b’żieda ta’ 150% fil-fondi għal dawn ir-riformi.

Qalet li mis-sena d-dieħla se tibda strateġija għal aktar prevenzjoni u għarfien, għal aktar protezzjoni tal-vittmi u għal ġlieda eħrex mill-pulizija u mill-Qrati kontra t-traffikanti. Is-Segretarju Parlamentari qalet li ssaħħu l-programmi ghall-vittmi tal-prostituzzjoni biex joħorġu minn dan iċ-ċirku.

Julia Farrugia Portelli qalet li l-budget jaħseb ukoll għal empowerment biex fost oħrajn aktar nisa jidħlu fil-politika. Qalet li l-kumitat tekniku dwar dan ser jagħmel proposti tiegħu lill-kabinett u se ssir kampanja edukattiva b’fondi Ewropej.

Qalet li sal-aħħar tas-sena skolastika se jkunu ntlaħqu 9,000 student u studenta f’kampanja ta’ prevenzjoni li issaħħaħ il-ħiliet biex ma jaqgħux f’xi vizzju. Is-Segretarju Parlamentari qalet li se ssir ħidma biex adulti li jixtru l-kannabis jagħmlu dan bl-inqas riskju għal saħħithom.

Habbret ukoll li mis-sena d-dieħla d-dokumenti meħtiega minn Identity Malta se jkunu jistgħu jinkisbu b’aktar faċilità.

“Identity Malta ħabbart li l-ġimgħa d-dieħla se nkunu qegħdin nagħmlu diskussjonijiet mal-istate holders kollha biex nagħtuhom id-data meta f’Novembru li ġej se nibdew naċċettaw kull applikazzjoni għal permessi tax-xogħol għal ħaddiema li għadhom barra mill-pajjiż jistgħu jagħmlu dan online,” qalet Julia Farrugia Portelli.

Żiedet tgħid li dan se jseħħ wara proġett pilota fost 16-il kumpanija li kien suċċess.

Dwar il-programm taċ-ċittadinanza b’investiment, Julia Farrugia Portelli qalet li mingħajru l-pajjiż xorta ikollu surplus.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Fi stqarrija mill-Uffiċju tas-Segretarju tal-Kumitat tas-Sigurtà intqal li l-Kap taċ-Ċivil ilu jokkupa l-kariga ta’ Segretarju tal-Kumitat tas-Sigurtà sa’ mis-sena 2001 fuq nomina u approvazzjoni tal-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien, Eddie…

Politika

Id-Dipartiment tat-taxxa ġabar €106 miljun f’multi fuq taxxa mhux dikjarata fl-2018, wara li investigaw 1,366 każ li kienu jinkludu l-każijiet marbuta mal-Panama Papers u s-Swiss Leaks. Dan tħabbar mill-Ministru għall-Finanzi…

Qorti

Grupp ta’ 22 immigrant ġew ikkundannati 9 xhur ħabs u mmultati €800, wara li nstabu ħatja li ħadu sehem f’rewwixta fiċ-ċentru tad-detenzjoni f’Ħal Safi. Il-każ seħħ fis-sitta ta’ dan ix-xahar…

Qorti

Fix-xhieda tiegħu waqt l-inkjesta pubblika indipendenti fid-delitt tas-Sinjura Daphne Caruana Galizia, il-Kap tas-Servizzi tas-Sigurtà Joseph Bugeja qal li l-MSS kien jiddiskuti l-investigazzjonijiet waqt il-Kunsill tas-Sigurta li jinkludi fih l-Prim Ministru,…

Aktar