Lokali
Budget 2020 – segwih dirett illum fuq TVM, Radju Malta 2 u tvm.com.mt

Stennija għall-Budget hekk kif illum il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna fil-Parlament jippreżenta l-Budget għas-sena d-dieħla li huwa t-tielet Budget tal-Gvern f’din il-leġislatura.

TVM ħejja skeda speċjali ta’ xandir tal-Budget. Ix-xandira fuq TVM u fuq il-portal tvm.com.mt tibda għall-ħabta tal-4:45pm meta l-Ministru tal-Finanzi jmur il-Palazz ta’ San Anton biex jippreżenta l-Budget lill-President George Vella, li għall-ewwel darba ser jiffirma d-dokumenti tal-Budget. Wara d-diskors tal-Ministru Scicluna, ix-xandira tissokta b’diskussjoni mal-esperti.

Aktar tard tixxandar ukoll konferenza tal-aħbarijiet mill-Prim Ministru Joseph Muscat u l-ewwel reazzjoni tal-Kap tal-Oppożizzjoni. Fi programm speċjali tard filgħaxija jixxandru wkoll r-reazzjonijiet għall-Budget mill-korpi kostitwiti u mill-Unions.

Id-diskors tal-Budget se jixxandar ukoll fuq l-istazzjon tar-radju, Radju Malta 2.