Budget2022
Budget b’miżuri pożittivi imma wkoll b’kontradizzjonijiet – ADPD

Iċ-Chairperson tal-ADPD Carmel Cacopardo qal li l-budget fih diversi miżuri pożittivi imma fih ukoll diversi kontradizzjonijiet.

Fost il-kontradizzjonijiet li semma hemm li n-nies ta’ Wied il-Għajn qed jagħtihom afforestazzjoni meta se jeħdilhom ix-xatt.

Dwar il-biedja qal li hemm ħafna miżuri favur imma mhemm ebda riflessjoni fuq il-fatt li saru toroq mhux meħtieġa li ħadu raba’ tajba.

Il-Perit Cacopardi qal li l-budget jirreferi għal investiment f’żoni industrijali imma ħa ssir it-trakka f’Ħal Far.

Huwa żied li l-budget ma jindirizzax l-anomalija tal-paga minima li mhix biżżejjed biex tgħajjex familja u semma li l-Gvern qed jopponi d-direttiva tal-UE.

Fi tmiem il-kumment tiegħu huwa rrefera għall-ġbir tat-taxxa u qal li l-Gvern missu jibda mill-kumpaniji tal-PL u l-PN.