Budget2022
Budget b’miżuri soċjali iżda jinsisti għal aktar enfasi fuq il-grey listing – UĦM Voice of the Workers

Il-Kap Eżekuttiv tal-UĦM Voice of the Workers Josef Vella ddeskriva l-budget bħala wieħed b’miżuri soċjali li ħafna minnhom meħudin mill-propposti tal-UĦM fosthom il-miżura tal-part time, tal-overtime, tal-in-work benefit u tal-COLA.

Huwa qal li hemm proposti oħra li jsaħħu x-xibka soċjali madankollu insista li kien jippretendi li l-budget jagħti iktar enfasi fuq il-kwistjoni tal-grey listing.

Il-Kap Eżekuttiv tal-UĦM żied li mhux biss importanti li nsaħħu l-qafas tekniku imma rridu nibagħtu messaġġ politiku b’rieda li se nieħdu l-azzjonijiet bla ma nħarsu lejn wiċċ ħadd.