Lokali
Imfissra l-miżuri soċjali tal-budget biex jonqos il-faqar

Il-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali, Michael Falzon, qal li bil-budget għall-2018 il-gvern kompla jgħin bil-fatti lill-ġenituri biex itejbu l-kwalità ta’ ħajjithom u joffri ċansijiet aħjar lil tfal vulnerabbli.

Waqt li fisser uħud mil-miżuri tal-budget, qal li dawn ser ikomplu jnaqqsu l-persuni fir-riskju tal-faqar.

Il-Ministru għall-Familja Michael Falzon qal li l-budget għas-sena d-dieħla fih inizjattivi li se jolqtu b’mod pożittiv u dirett il-ħajja tan-nies.

Dr Falzon elenka erba’ inizjattivi li se jkomplu jnaqqsu l-faqar u d-dipendenza soċjali u li se jkunu ta’ benefiċċju konkret għall-ġenituri u ġenituri prospettivi.

Dawn huma l-estensjoni tal-in work benefit, it-tapering tal-benefiċċji, l-għotja sa €10,000 għall-ispejjeż għal adozzjoni tat-tfal u ż-żieda ta’ €30 fil-ġimgħa lil foster carers.

Il-Ministru Falzon qal li dan qed isir biex jinċentiva l-fostering ħalli tfal li qed jgħixu f’kundizzjonijiet vulnerabbli jingħataw l-aħjar ċansijiet jilħqu l-potenzjal tagħhom.

“Hemm ukoll impenn politiku li ntejbuh dak il-proċess, hemm il-grants tal-foster parents , għandek tfal li qegħdin f’kustodja li nofshom huma fostered u nofshom jinsabu f’istituzzjonijiet, aħna nixtiequ li jonqsu it-tfal li huma f’istituzzjoniiet u jiżdiedu dawk li qegħdin fil-foster care,” qal il-Ministru.

Dwar l-in-work benefit huwa qal li dan il-benefiċċju li jitħallas lil ġenituri bi tfal dipendenti taħt it-23 sena se jitla’ minn €350 għal €450 għal kull wild, filwaqt li l-inqas rata se titla’ minn €52 għal €75 għal kull wild.

Dwar it-tapering tal-benefiċċji soċjali għal min jibda jaħdem, qal li dan mindu beda fl-2014 ta’ riżultati tajbin għaliex nies li kienu dipendenti fuq il-benefiċċji soċjali bdew jaħdmu u baqgħu jirċievu parti mill-benefiċċji soċjali. Qal li l-mira tal-gvern hi li l-ebda familja bi tfal taħt is-sittax-il sena fejn mill-inqas ġenitur wieħed jaħdem ma tkun tgħix fil-faqar.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Ġuvni ta’ 15-il sena li meta kellu tlett snin marad bil-leukemia, qal lil tvm.com.mt li l-ħolma tiegħu hi li jagħmel id-differenza fil-ħajja ta’ tfal morda u tfal li jimirdulhom il-ġenituri. Ramiro…

Lokali

Mhux magħruf jekk l-aħwa Degiorgio u Vince Muscat hux ser ikunu assistiti mill-avukati tagħhom jew tal-għajnuna legali meta għada tibda l-kumpilazzjoni tax-xhieda kontrihom meta l-Pulizija tibda tressaq il-provi biex jitpoġġew…

Lokali

Fl-okkażjoni tal-festa nazzjonali ta’ Jum ir-Repubblika, Heritage Malta fetħet il-bibien ta’ żewġ siti tagħha u tat l-opportunità lill-pubbliku jżurhom mingħajr ħlas. Dan seħħ ftit jiem biss wara li stħarriġ tal-Kummissjoni…

Lokali

Il-Pulizija qed tinvestiga sparatura li seħħet ilbieraħ bil-lejl f’Burmarrad. Dwar dan il-każ hemm persuna li ndarbet ħafif u oħra miżmuma li qed tgħin lill-pulizija fl-investigazzjonijiet. Il-Pulizija arrestat raġel wara sparatura…

Aktar