Budget2022
Budget li jinċentiva lil min iħaddem u lil min jaħdem – l-MHRA

Il-President tal-MHRA Tony Zahra sostna li fil-budget ittieħdu diversi miżuri li jinċentivaw lil min iħaddem u lil min jaħdem.

Huwa qal li l-budget jaħseb fl-ambjent u l-pajjiż qed jonfoq ħafna flus fuq dan il-qasam.

Is-Sur Zahra rrefera għas-suq turistiku u sostna li wara sena diffiċli issa qed naraw it-turiżmu jirkupra.

Hawnhekk faħħar lill-Gvern talli ħa miżuri biex iżid il-konnettività lejn Malta u esprima t-tama li dan iwassal għal żieda fit-turisti u li Malta terġa’ tiġi fuq il-livelli tal-2019.