Budget2022
Budget soċjalment kuraġġuż – GWU

Is-Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja ddeskriva l-budget bħala wieħed soċjalment kuraġġuż.

Huwa rrimarka l-Gvern ħa 18-il proposta li għamlet il-GWU fosthom li l-ħaddiema tal-kuntrattur se jitħallsu doppju fil-Ħdud, it-tnaqqis fit-taxxa fuq l-overtime u partime, iż-żidiet fil-pensjonijiet u l-miżuri biex aktar pensjonanti jibqgħu fid-dinja tax-xogħol mingħajr ma jkollhom il-pensjoni taxxabbli b’tali mod li ma jkunx jaqblilhom jaħdmu.

Bugeja semma wkoll l-ambjent u faħħar il-miżuri rigward l-afforestazzjoni u l-ispazji miftuħin.

Huwa semma wkoll l-inċentivi biex id-djar vojta jitranġaw u l-inċentivi biex il-pubbliku jixtri aktar karozzi elettriċi u dawk ibridi.