Avjazzjoni
Business Aviation: Proposti biex is-settur jerġa’ jibda jaħdem mill-1 ta’ Lulju

L-operaturi lokali fis-settur tal-business aviation, li jipprovdi servizz ta’ ajruplani privati li jintużaw l-aktar minn investituri u kumpaniji, qed isejħu lill-awtoritajiet jikkunsidraw proposti li ppreżentaw biex mill-1 ta’ Lulju jkunu jistgħu jtiru u jġibu passiġġieri mid-dinja kollha.

Il-11 ta’ Ġunju u l-ajruport internazzjonali ta’ Malta mejjet għal kollox. L-ebda moviment ta’ passiġġieri jew ajruplani. Din il-ħemda kkaraterizzat l-ajruport u l-konfini tiegħu sa mill-21 ta’ Marzu, meta ngħalaq fil-bidu tal-imxija tal-coronavirus f’Malta.

Is-sitwazzjoni surreali fl-ajruport hi xhieda tal-impatt qawwi ħafna li l-pandemija kellha fuq l-industrija tal-avjazzjoni. Il-konsegwenzi ma nħassux biss mil-linji tal-ajru kummerċjali, iżda anke mill-operaturi ta’ kumpaniji tal-avjazzjoni li jispeċjalizzaw fil-qasam tan-negozju, b’titjiriet apposta għal investituri u kumpaniji.

Stanley Bugeja mill-Malta Business Aviation Association qal li Malta kienet qed tagħmel passi ta’ ġgant f’dan is-settur tant li s-sena li għaddiet ġġenerat mal-€500 miljun, qed tħaddem mat-3,000 ħaddiem u telgħet fir-raba’ post fil-klassifika tal-aktar pajjiżi li qed jirreġistraw ajruplani għan-negozju fl-Ewropa.

“Konna sejrin tajjeb ħafna u ovvjament il-Covid kienet bħal sajjetta fil-bnazzi u kellna impatt enormi biex intik ftit idea kellna bejn 7 u 10 titjiriet kuljum business aviation, bħalissa għandna xorti jekk ikollna titjira fil-ġimgħa,” qal Stanley Bugeja mill-Malta Business Aviation Association

Mill-1 ta’ Lulju, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta se jiftaħ ukoll għal dawn it-titjiriet iżda sa issa għal inqas minn 20 pajjiż fejn se jitħallew itiru il-linji tal-ajru kummerċjali. Is-Sur Bugeja qal li dan mhux se jkun biżżejjed biex jibdew jippruvaw jirkupraw.

“F’dan il-mument ta’ tranżizzjoni li huwa importanti aħna nħossu li nistgħu nikkontribwixxu iktar għall-ekonomija billi jkollna kundizzjonijiet kemmxejn differenti għax ma naħsbux li one size fits all huwa opportun f’dan il-mument,” kompla Stanley Bugeja.

Razvan Stefan li hu wkoll membru fl-istess assoċjazzjoni qal li huma ppreparaw 17-il miżura ta’ mitigazzjoni fosthom li ma jkunx hemm iktar minn sitt titjiriet kuljum b’mill inqas sagħtejn differenza bejn kull waħda; ma jaslux aktar minn 60 passiġġier kuljum u li kull wieħed ikun obbligat jagħmel swab test Ħal Luqa hekk kif jasal u jmur dritt f’lukanda apposta jistenna r-riżultat.

“The measures we are proposing should help us and the Government to be able to allow all the business aviation passengers no matter the nationality to come here to Malta and to develop their business,” qal Razvan Stefan mill-Malta Business Aviation Association.

Il-kelliema tal-assoċjazzjoni qalu li minħabba l-għeluq tal-ajruport, bosta investituri barranin li għandhom kumpaniji f’Malta ma jistgħux jiġu jew jippjanaw li jiġu għax ma jinsabux fil-pajjiżi minn fejn tliet ġimgħat oħra se jkunu jistgħu jsiru titjiriet minn u lejn Malta.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi ħatar inkjesta skont il-liġi bil-għan li tistabilixxi l-fatti b’rabta ma’ każ fejn priġunier li ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest, kien rilaxxat mill-ħabs u deher…

Lokali

Il-Maltapost qalet li l-ħidma tagħha għadha ma ġietx lura għan-normal riżultat fost l-oħrajn ta’ tnaqqis b’aktar min-nofs fit-titjirjiet kummerċjali, iż-żieda fix-xiri online u l-akkumulazzjoni ta’ posta f’tliet pajjiżi Ewropej. Il-Maltapost…

COVID-19

Tħassar ukoll il-kunċert ta’ Joseph Calleja li din is-sena kellu jsir fl-4 ta’ Settembru fuq il-Fosos tal-Furjana u li issa mistenni jsir f’format differenti. NnG Promotions, l-organizzaturi tal-kunċert li bħala…

Annimali

Ilbieraħ, il-BirdLife Malta ġabret għasfur pjuttost rari li huwa sottospeċi Mediterranja tal-Bies, li nstab ferut b’tiri ta’ senter fl-Għarb, Għawdex. Fi stqarrija, il-BirdLife qalet li l-għasfur instab minn familja li…

Aktar