Kultura
Bust ta’ Francis Ebejer f’għeluq il-25 sena minn mewtu

Inawgurat fil-kavallier ta’ San Ġakbu fil-Belt, bust tal-bronz tal-kittieb u drammaturgu Francis Ebejer. Dan sar f’għeluq il-25 sena minn mewtu. Il-mudell tal-ġibs tal-bust kien inħadem mill-iskultur Anton Agius u kien għand iben id-drammaturgu Damien.

Il-bust huwa parti mill-proġett Francis Ebejer li qed ifakkar il-memorja, il-ħajja u l-legat tiegħu. Fost l-inizijattivi hemm il-program ‘Siparju’ mħaddem minn Teatru Malta, li jħajjar analiżi kritika tal-istorja tat-teatru Malti u għandu l-għan jippubblika kollezzjoni ta’ xogħlijiet ta’ Ebejer.

Il-proġett tnieda formalment mid-direttur artistiku ta’ Spazju Kreattiv Toni Sant, mid-direttur artistiku ta’ Teatru Manoel, Kenneth Zammit Tabona, u mid-direttur artistiku ta’ Teatru Malta, Sean Buhagiar.