Busuttil jgħid li l-PN fil-Gvern miftuħ biex isaħħaħ ir-relazzjonijiet maċ-Ċina

F’laqgħa informali mal-midja, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil qal li miż-żjara li delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fiċ-Ċina ħareġ ċar li l-Gvern Ċiniz għandu kull intenzjoni li jsaħħaħ ir-relazzjonijiet mal-Partit Nazzjonalista. Dr Busuttil qal li Partit Nazzjonalista fil-Gvern se jkun miftuh biex isahhah ir-relazzjonijiet mac-Cina.

Qal li dan isir fuq bażi bilaterali bejn iż-żewġ pajjiżi, billi Malta turi li kapaċi tkun ħabiba maċ-Ċina u tkun ta’ għajnuna għaliha għas-suq tal-Unjoni Ewropea, u li din ir-relazzjoni tkun mibnija fuq il-fiduċja, l-onestà u t-trasparenza. Dr Busuttil qal li fl-aħħar sentejn ir-relazzjoni bejn Malta u ċ-Ċina ttappnet minħabba dak li sejjaħ żewġ żbalji tal-Gvern Malti li jaħtar mara ta’ Ministru bħala mibgħuta speċjali u konslu ġenerali f’Shanghai, u nuqqas ta’ trasparenza tal-ftehim tal-Gvern maċ-Ċina.

Dwar il-laqgħa ma’ Shanghai Electric Power, Dr Busuttil qal li din ma ssib l-ebda oġġezzjoni li l-Gvern Malti jippubblika l-kuntratti fuq l-Enemalta. Dwar il-laqgha ma’ Sai Mizzi Liang, il-Kap Nazzjonalista qal li din kienet laqgħa kordjali iżda li fiha wera biċ-ċar li ma jaqbilx mal-ħatra tagħha. Dr. Busuttil qal li Sai Mizzi Liang ma kinitx kapaċi twieġbu fuq l-iskemi tal-Malta Enterprise biex tippromwovi l-industriji Maltin.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Kunsill Malti għall-Arti ħabbar ir-rebbieħa għat-tielet edizzjoni tal-Premju għall-Arti, il-premju nazzjonali li jiċċelebra l-kisbiet tas-setturi kulturali u kreattivi. F’dawn iż-żminijiet straordinarji li qed ngħixu fihom minħaba l-imxija tal-COVID-19, iċ-ċerimonja tal-għotja…

Qorti

Natalie Bonello ta’ 45 sena wieġbet mhux ħatja li serqet anzjana iżda baqgħet taħt arrest minħabba biża’ ta’ intraċċ tal-provi. Il-Prosekuzzjoni, immexxija mill-Ispettur Jonathan Ransley, qalet li hemm persuna oħra…

COVID-19

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci se tkun qed tindirizza konferenza tal-aħbarijiet fin-12.30pm. Hi mistennija tagħti l-aħħar aġġornamenti tal-COVID-19 f’pajjiżna. Il-konferenza se tixxandar live fuq TVM, tvm.com.mt u fuq Facebook.

Aktar