Busuttil: Muscat qed iħejji biex jaħtar lil Mallia flok il-Ministru Vella

Waqt attivita politika f’San Ġiljan il-Kap tal-oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil qal li l-Prim Ministru Joseph Muscat qed iħejji biex fil-ġimgħat li ġejjin iwarrab lil George Vella minn Ministru u jaħtar floku bħala ministru tal-affarijiet barranin lil Manuel Mallia. Dr Busuttil fakkar kif Manuel Mallia kien tneħħa minn Ministru tal-Intern wara li nstab ħati min inkjesta li kien gideb fi stqarrija dwar tiri li kien spara x-xufier tiegħu lejn karozza li ngħad li kienu warning shots meta fil-verità ma kinux.

Il-Kap Nazzjonalista qal li wara li Manuel Mallia għamel diżastru fil-qasam tal-intern issa se jkun qed jagħmel diżastru fil-qasam tal-affarjiet barranin. Dr Busuttil qal li qabel kull elezzjoni l-Gvern jgħammed suldat tal-azzar li iżda jrid ikun misjub ħati, is-sena l-oħra wara li ntbagħat sentejn ħabs sospiżi fuq tixrid ta’ pornografija sar suldat tal-azzar Cyrus Engerer u issa Manuel Mallia wkoll sar suldat tal-azzar.

Dr Busuttil spjega wkoll kif il-Gvern laburista huwa wieħed ta’ ingann. Semma fost l-oħrajn il-powerstation tal-BWSC fejn qal qabel l-elezzjoni kien jġib in-nies taħt it-tinda jibku li qed jmutu b’kanċer minħabba din il-powerstation u sentejn wara għadu qed juża l-istess powerstation bl-istess żejt. Il-Kap Nazzjonalista qal wkoll li minflok mar jinawgura l-powerstation li kien wiegħed li se jagħmel f’sentejn mar jitfi powerstation tal-Marsa li qal ma setax jintefa kieku ma kienx għall-Gvern Nazzjonalista.

Dr Busuttil qal li pitgħada l-Prim Ministru se jkun qed jaqta’ ż-żigarella fuq l-proġett tal-interconnector u qal li se jkun qed jġib lill-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi biex jinawgurah, il-kap nazzjonalista qal li jispera li jgħid lil Renzi li dan huwa proġett tal-Partit Nazzjonalista. Qal li Joseph Muscat tajjeb biss biex jaqta’ ż-żigarelli u jiftaħar b’rix ħaddieħor.

Dr Busuttil semma kif illum il-Partit Nazzjonalista ppubblika 11-il kuntratt tal-Enemalta li kienu nżammu moħbija li juru fost l-oħrajn kif il-Gvern għadda lil enemalta daqs 310 t’elef metru kwadru f’artijiet lil Enemalta qabel din inbiegħet lil Shangia Eletric.

F’reazzjoni l-Partit Laburista qal li l-allegazzjoni ta’ Dr Busuttil li Manuel Mallia se jinħatar Ministru tal-Affarijiet Barranin hi sempliċiment att ta’ delużjoni ta’ min hu ddisprat u m’għandux x’jgħid. L-istqarrija tgħid li Simon Busuttil għandu jieqaf jinħeba mill-ġurnalisti dwar il-każ Giovanna Debono.

Busuttil: Muscat is preparing to appoint Mallia as Foreign Minister
  • Labour Party denies claims about Mallia appointment

The Leader of the Opposition and the PN, Simon Busuttil, has claimed that the PM Joseph Muscat is preparing to remove George Vella from his post as Foreign Affairs Minister and appoint Manual Mallia in his place instead.

Speaking at a political activity in St Julian’s, Busuttil reminded his supporters that Mallia had been removed from Home Affairs Minister after an inquiry had found he had lied in a press statement concerning the gun shots that his driver had fired towards another car. Mallia had described them as ‘warning shots’ when in fact they were not.

The PN leader said that after Manuel Mallia had created a disaster in the Home Affairs ministry, now he was set to do the same thing within the field of Foreign Affairs. Dr Busuttil said that before an election this Government always singled someone out as a ‘soldier of steel’ who would have been found guilty of something. Last year, the ‘soldier of steel’ was Cyrus Engerer who had been handed a two year suspended sentence for the distribution of pornography, and now this year, Manuel Mallia had also become a ‘soldier of steel’.

Dr Busuttil explained that the Labour government was deceiving the electorate, giving as an example the BWSC power station. During its election campaign, the Labour party used to bring people crying because they were dying of cancer due to the power station, and now two years down the line the government was still using the same power station with the same Heavy Fuel Oil.

The PN leader said that instead of inaugurating the new power station he had promised to have ready within two years, Muscat had simply gone to turn off the Marsa power station. The only reason this power station could be turned off was because of a PN Government, Busuttil said.

Dr Busuttil said that this week the PM would be cutting the ribbon on the interconnector project in the presence of the Italian PM Matteo Renzi who had been invited to inaugurate it.  Hopefully, Renzi would be told that that was a PN project because the only thing Joseph Muscat was capable of was cutting ribbons and taking the credit for what others had done.

Dr Busuttil said that the PN had just published 11 Enemalta contracts which had been kept hidden, which showed that the Government had passed on to Enemalta over 130 thousand metres squared of land before it was sold off to Shanghai Electric.

Labour party reaction 

Reacting to Busuttil’s speech, the PL said that the allegations being made by Dr Busuttil that Manual Mallia was going to be appointed Foreign Affairs Minister were simply the delusions of someone who was desperate and who had nothing left to say. The statement said that Simon Busuttil should stop hiding from journalists who were asking about the Giovanna Debono case.