Trasport
“Bżonn ta’ diskussjoni dwar trasport sostenibbli fil-Belt” – il-Ministru Ian Borg

F’kummenti ma’ Television Malta l-Ministru għat-Trasport Ian Borg qal li wasal iż-żmien li ssir diskussjoni dwar trasport sostenibli fil-Belt Valletta.

Dr Borg qal li fid-dawl taż-żieda fl-attività ekonomika, kulturali u residenzjali fil-Kapitali hemm bżonn li tiġi żgurata l-mobiltà sostenibbli.

“Wieħed irid jara x’ħadem mis-CVA, x’ħadem mill-parkeġġi u x’ma ħaddimx huwa ċar li rridu npoġġu madwar mejda, b’kulħadd ir-residenti, negozjanti u dawk li jżuru l-belt ħalli jintlaħaq bilanċ aħjar.”

Il-Ministru Borg qal li aktar nies qed jidħlu l-Belt Valletta bit-trasport pubbliku inkluż bil-baħar. Qal li l-Gvern se jistudja l-possibiltà li jżid il-mobiltà vertikali nkluż lifts bħal dak tal-barakka.

Il-mobiltà fil-Belt Valletta kienet fost il-materji mqajma waqt konferenza tal-aħbarijiet fin-naħa t’isfel tal-Kapitali li fiha nghata rendikont tax-xogħol ta’ restawr u tisbiħ li sar bħala parti minn proġett b’investiment ta’ €2.4 miljun li qed isir mill-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir fin-naħa t’isfel tal-Belt Kapital.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni Gino Cauchi semma wħud milll-proġetti li saru nkluż ir-restawr fuq is-swar, id-dar ta’ Catalunya u l-Berġa tal-Baviera u proġetti ta’ pavimentar.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi ddiskriva dan bħala investiment favur in-nies li jixpruna aktar investiment privat. Qal li fil-futur se jsiru aktar proġetti ta’ restawr fiż-żona hekk kif hemm €24 miljun f’fondi Ewropej allokat għar rigenerazzjoni tan-naħa t’isfel tal-Belt Valletta.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar il-Benesseri tal-Familja u s-Solidarjetà Soċjali, Claudio Grech ippropona li l-għajnuna li ħabbar il-Gvern għal setturi li ntlaqtu mill-pandemija tkun estiża lill-ħaddiema kollha li ntlaqtu mill-imxija. Ippropona ukoll…

Kronaka

Ingliż ta’ 56 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara inċident fil-Gżira. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħodu, meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fl-inħawi magħrufa bħala Manoel Island,…

COVID-19

Il-linja tal-ajru Ryanair qalet fi stqarrija li hekk kif il-maġġoranza tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea waqqfu t-titjiriet minn u lejn pajjiżhom, dan wassal biex iktar minn 90% tal-ajruplani tagħha mhumiex jintużaw. Qalet…

COVID-19

Inġiniera mill-Università ta’ Malta qed jibnu apparat li jiddiżinfetta l-maskli, bil-għan li dawn ma jintużawx darba biss u jintremew. Qalet dan fi stqarrija l-Università ta’ Malta, li saħqet li dan…

Aktar