Saħħa
Bżonn urġenti għad-demm

Il-Bank tad-demm jinsab fi bżonn urġenti ta’ demm tat-tip O-Positive, O-Negative, u A-Negative. Qal li jekk dawn id-donazzjonijiet ma jsirux b’mod immedjat hemm riskju kbir li ammont ta’ operazzjonijiet jiġu kkanċellati.

L-għoti tad-demm għandu jsir minnufih fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm fi Gwardamangia li llum se jkun miftuħ sas-6.00pm. F’Għawdex llum jistgħu isiru donazzjonijiet tad-demm fil-Berġa tax-Xewkija mis-1.00pm sal-5.00pm.

Dak li jkun għandu jieħu miegħu il-karta tal-identità.

Iktar informazzjoni dwar l-għoti tad-demm tista’ tinkiseb minn www.blood.gov.mt. Wieħed jista’ wkoll iċempel 79307307 jew Freephone 80074313

Aħbarijiet Oħra
Safar

Fil-ġranet li ġejjin l-Awtoritajiet tas-Saħħa se jdaħħlu l-obbligu fuq il-passiġġieri li jaslu Malta minn ċertu pajjiżi jew bliet meqjusa b’riskju għoli għall-Covid-19 biex jippreżentaw ċertifikat li fit-48 siegħa ta’ qabel…

Lokali

Alternattiva Demokratika u l-Partit Demokratiku, fi stqarrija konġunta, qalu li huwa tajjeb li l-Prim Ministru qed jammetti li pajjiżna għandhom jittieħdu miżuri għal soċjetà iktar ġusta u ekonomija mingħajr l-użu…

Politika

Il-Partit Nazzjonalista qal li l-proġett ta’ akkomodazzjoni soċjali fis-Siġġiewi hu nieqes milli joffri kwalità ta’ ħajja. Fi stqarrija ffirmata mill-Viċi Kap David Agius u d-deputat Ivan Bartolo, il-Partit Nazzjonalista qal…

COVID-19

L-Awtorità tat-Turiżmu (l-MTA) qalet li f’ġimgħa 12-il stabbiliment instabu jiksru l-protokolli biex titrażżan l-imxija tal-COVID-19 u se tittieħed azzjoni legali kontrihom. L-awtorità qalet li fl-aħħar tmint’ijiem, uffiċċjali tagħha għamlu ‘l…

Aktar