Għawdex
Cable ġdid tal-fibre optic f’Għawdex mistenni jżid aktar xogħol fl-informatika

Tnieda l-proġett għall-installazzjoni tat-tieni fibre optic cable bejn Malta u Għawdex, bil-gvern iħabbar li l-proġett se jitwettaq minn kumpanija Taljana. Il-cable il-ġdid mistenni jsaħħaħ l-infrastruttura diġitali f’Għawdex u jżid il-potenzjal ta’ aktar xogħol fl-informatika. Għall-proġett, il-Gvern se jinvesti tliet miljun Ewro u nofs.

Se tkun il-kumpanija Taljana Elettra, sussidjarja tal-kumpanija Franċiża Orange li tispeċjalizza fit-telekomunikazzjoni, li se tiżviluppa t-tieni fibre optic cable li jgħaqqad lil Malta ma’ Għawdex. Il-President tal-kumpanija, Didier Dillard, qal it-tieni fibre optic se jkollu benefiċċji domestiċi għall-Għawdxin.

“This project will bring connectivity to Gozo island and that is something important nowadays because it will guarantee that all people living in Gozo, all people visiting Gozo will have perfect connectivity for all their internet usage – for all their mobile usage at any time of the year and with perfect quality.”

Fit-tnedija tal-proġett, il-Prim Ministru Joseph Muscat għamel preżentazzjoni dwar l-andament tal-ekonomija f’Għawdex.

Qal li fl-aħħar 6 snin, l-ekonomija f’din il-gżira kibret b’rata mgħaġġla tant li l-Prodott Domestiku Gross ta’ Għawdex ilaħħaq il-€470 miljun. Dr Muscat qal li sa Ottubru li għadda, l-impjiegi f’Għawdex kienu jlaħħqu it-12,500. Spjega li mill-2013 lil hawn, 10 kumpaniji ġodda bdew joperaw mill-Qasam Industrijali tax-Xewkija. Żied jgħid li s-sena li għaddiet, il-Malta Enterprise approvat 15-il proġett ġdid f’Għawdex li bejniethom se joħlqu 100 impjieg ġdid u investiment privat ta’ €1.6 miljun.

Il-Prim Ministru qal li l-Gvern issa se jinvesti €3.5 miljun għat-tieni fibre optic cable, li flimkien mal-bini tal-mina, se jkompli jsostni l-ekonomija ta’ Għawdex u jtejjeb il-konnettività bejn iż-żewġ gżejjer.

”This is why the government is addressing this reality by investing €3.5million in national funds for an ancillary cable that connects the two islands. This project will help develop Gozo’s innovation hub in Xewkija into a truly advanced technology location that enables Gozo-based companies to take their output to the next level.”

Il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise, Mario Galea, qal li kif jitlestew l-istudji neċessarji tal-art u tal-baħar, ikun jista’ jibda x-xogħol fiżiku fuq il-fibre optic cable. Qal li l-pjan hu li l-proġett jitlesta f’sena mindu jitlestew dawn l-istudji. Is-Sur Galea spjega li dan il-proġett se jagħti spinta diġitali lil Għawdex għax il-gżira mhux se tibqa’ tiddependi fuq fibre optic cable wieħed.

”Aħna qed naħdmu wkoll fuq digital hub jiġifieri jistgħu jiġu attirati ammont ta’ operations f’Għawdex, għandek ukoll l-isptar ta’ Għawdex li qed jiġi upgraded, għandek ukoll Barts Medical School meta tgħaqqad dawn it-tlieta flimkien bilfors irid ikollok connection li hija resilient u tkun stabbli u ma tistax tiddependi minn cable wieħed.”

Ir-rotta proposta għall-fibre optic cable il-ġdid tibda miż-Żebbiegħ, tgħaddi minn Għajn Tuffieħa taqsam lejn Għawdex fiż-żona magħrufa bħala Tal-Fessej, fil-limiti ta’ Mġarr ix-Xini u tibqa’ sejra sax-Xewkija.

 

Aħbarijiet Oħra
Storja

Magna ta’ ajruplan tal-gwerra, li possibilment iġġarraf fit-Tieni Gwerra Dinija, kienet irkurprata minn qiegħ il-baħar fil-bokka tal-Port il-Kbir wara ħidma konġunta bejn l-Università ta’ Malta, Heritage Malta u l-Forzi Armati….

Teknoloġija

Wara l-ajruplani, issa anke l-vetturi bdew jiġu jiġu mgħammra b’kaxxa sewda, li normalment tkun f’nofs il-vettura. Għalkemm s’issa din mhijiex obbligatorja, aktar manifatturi tal-karozzi qed jinkluduha. Fost aktar miżuri biex…

Infrastruttura

Waħda mill-kawżi ewlenin ta’ ħruġ ta’ drenaġġ fit-triq u fil-baħar ġejja minn katusi tal-ilma tax-xita li qed jitqabbdu direttament mas-sistema tad-drenaġġ. Jirriżulta li ħafna ma jafux li dan hu l-każ…

NGOs

Seba’ għaqdiet mhux governattivi Maltin se jwettqu tmien proġetti fl-Afrika bl-għajnuna ta’ madwar nofs miljun ewro mill-programm tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Il-proġetti jvarjaw minn skola ġdida għall-bniet f’żona rurali…

Aktar