‘Caccia e Pesca’ flok ‘Animal Diaries’ fuq TVM

Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassabba u Konservazzjonisti qalet li għada fis-7:25 p.m. se jixxandar programm fuq TVM li jittratta r-realtà dwar il-kaċċa u l-insib tradizzjonali.

L-FKNK qalet li l-programm ta’ għada se jieħu post it-tieni parti mill-programm ‘Animal Diaries’ bħala ‘right-of-reply’ għall-ilment li kienet ressqet il-federazzjoni rigward il-programm li kien sar flimkien mal-BirdLife Malta fit-12 ta’ April 2014.

Dan il-programm kien ikkummissjonat mill-FKNK u prodott mill-istazzjon popolari Taljan ta’ ‘Caccia e Pesca’.