Lokali
Cameras u ‘speed bumps’ biex jikkontrollaw storbju eċċessiv minn dilettanti tal-karozzi f’parkeġġ fil-Marsa

L-awtoritajiet tat-trasport installaw għadd ta’ cameras u speed bumps f’parkeġġ ġdid taħt il-junction tal-Marsa bil-għan li jindirizzaw inkonvenjent li kien qed jinħoloq fi tmiem il-ġimgħa.

Filmati ppubblikati fuq diversi mezzi tax-xandir kienu qegħdin juru bosta dilettanti tal-karozzi f’dan il-parkeġġ jirrejżjaw il-karozzi tagħhom f’dan il-parkeġġ.

Residenti li jgħixu fl-inħawi li kienu tkellmu ma’ TVM qalu li dawn is-sewwieqa kienu qegħdin joħolqu storbju kbir b’inkonvenjent għalihom.

B’reazzjoni fl-aħħar jiem, l-awtoritajiet tat-trasport waħħlu għadd ta’ cameras u ‘speed bumps’ bil-għan li jwaqqfu dan l-abbuż.

Ara: “Qażżewna…ġejna qisna Ħal Far!” – gruppi jinġemgħu bil-karozzi fil-Marsa