Lokali
Ċans akbar li jonqsulek il-punti – attent mill-ispeed guns tal-Pulizija

Il-pulizija ser jintensifikaw il-ħidma tagħhom kontra s-sewqan b’veloċità iktar milli tippermetti l-liġi. Filwaqt li s’issa deterent kontra dan kienu l-ftit speed cameras fit-toroq ewlenin, issa l-pulizija ġew mgħamra b’apparat li jkejjel il-veloċità li jistgħu jużawhom kullimkien. L-ispeedguns tal-pulizija tat-trafifku ntużaw għall-ewwel darba l-Ħamis u f’temp ta’ siegħa u nofs qabdu 65 sewwieq jgħaffsu l-gass aktar milli suppost, saħansitra sewwieq li kien għaddej b’140 kilometru fis-siegħa.

Is-sewwieqa li ma jridux jitilfu punti penali fuq il-liċenzja tas-sewqan minħabba sewqan b’veloċità aktar milli tippermetti l-liġi, issa jridu joqogħdu attenti ħafna aktar għax il-Pulizija tat-Taqsima tat-Traffiku bdew joperaw l-ispeed guns li mal-ġenb tat-triq jirreġistraw il-veloċità tal-karozzi u muturi li jkunu għaddejjin.

Fl-ewwel jum li beda jintuża dan l-apparat, il-Pulizija qabdet mas-70 sewwieq isuq aktar mill-veloċità stipulata bil-liġi f’temp ta’ siegħa u nofs fit-Triq Garibaldi fil-Marsa. F’każ minnhom sewwieq kien qed isuq b’140 kilometru fis-siegħa, id-doppju tal-limitu għal din it-triq, minkejja li kien hemm tabelli temporanji li juru li kien hemm il-pulizija l-ispeed guns.

L-Ispettur Sergio Pisani, responsabbli mit-Taqsima tat-Traffiku spjega lil TVM li l-vetturi li jinqabdu jinstaq b’veloċità jistgħu jitwaqqfu immedjatament.

“Sistema li taħdem bil-laser fejn din timmarka vettura sa minn 2,400 metru ‘l bogħod u timmarka l-ispeed minn hemmhekk, li jfisser mhux trid tgħaddi minn quddiemek bħal kameras tradizzjonali installati fit-triq fejn trid tistenna l-vettura tgħaddi minn quddiemek” qal l-Ispettur Pisani.

L-Ispettur Pisani spjega li jekk is-sewwieq jikkontesta ċ-ċitazzjoni, il-Pulizija se jkollhom il-filmati mill-ispeed guns stess. Qal li l-għan tal-pulizija mhux li jwaħħlu ċ-ċitazzjonijiet, iżda li tiddaħħal id-dixxiplina, għax huwa fatt magħruf li l-veloċità żejda tikkawża l-imwiet u l-korrimenti fl-inċidenti tat-traffiku.

Il-pulizija tat-traffiku tħarrġu fuq dan l-apparat sabiex jidraw kif jaħdem. TVM segwa dan it-taħriġ qabel mas-speed guns bdew jintużaw fit-toroq. Il-membri tat-Taqsima tat-Traffiku ngħataw taħriġ, kemm teoretiku kif ukoll fil-prattika mir-rappreżentant tal-kumpanija li rebħet it-tender għal dawn il-kameras. James Turnbull qal li dawn lis-speed guns jistgħu jintużaw anke f’toroq mudlama permezz tal-infra-red.

James Turnbull qal li “this will help them monitor speed in areas where they can’t put a fixed speed camera and they can turn up on a motorcycle orin a car and they can stop anywhere they want and monitor anytime day or night”.

L-Ispettur Pisani qal li l-pulizija ħassewhom komdi jużawhom. Stqarr li “in-nies tagħna qed jidraw u jieħdu ċertifikat jekk humiex kompatenti li jużaw dan l-appart .. l-apparat qed jirrispondi tajjeb u drawhom ħafna”.

Skont l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, is-sena l-oħra seħħew kważi 15,000 inċident tat-traffiku, 19 minhom kienu fatali. Din is-sena, sa nofs Ġunju, diġà tilfu ħajjithom 10 persuni.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Sewwieqa li kienu għaddejjin minn Triq il-Buqana, limiti ta’ Ta’ Qali sabu ma’ wiċċhom ostaklu mhux tas-soltu. Filmat li rċieva TVM juri tajer jaqa’ minn fuq trakk li dan baqa’ tul…

Kultura

Fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, riesaq lejn tmiemu proġett ikkumplikat li nvolva snin ta’ studji u xogħol għad-disinn u l-istallazzjoni ta’ sistema li tikkontrolla l-ambjent fil-kripta tal-Granmastri. Il-proġett qed jaċċerta li…

Kronaka

Karozza ħadet in-nar fi Triq Liedna, il-Fgura. Il-każ seħħ għall-ħabta tas-1am. Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jikkontrollaw in-nirien. Issejħet ukoll ambulanza iżda b’xorti tajba ħadd ma weġġa’.

Stejjer Umani

Bjorn Formosa reġa’ daħal l-isptar wara li 21 jum ilu għamel operazzjoni. Fuq Facebook, Bjorn qal li qed iħossu agħar minn qatt qabel u li qed iħossu bla nifs, stordut…

Aktar