Storja
Ċans li dduq il-fdewxa – ikla tipika f’Għawdex 250 sena ilu

Fi tmiem il-ġimgħa li ġejja, iċ-Ċittadella f’Għawdex se tmur lura fis-seklu 18 meta Heritage Malta se torganizza ikla raffinata kif kien isir f’Għawdex iżjed minn 250 sena ilu. L-ikla se ssir skont dak li nstab f’dokumenti u djarji li juru l-ikliet li kienu jsiru minn ċerti nies fil-Għawdxija.

L-intellettwali l-Kanonku Giovanni Pietro Francesco Agius de Soldanis, lingwista, storiku u kleriku Għawdxi li għex bejn l-1712 u l-1770, kien imsemmi għall-ospitalità distinta tiegħu u għall-ikliet raffinati li kien jagħmel għal ħbiebu meta kienu jżuruh fir-residenza tiegħu fiċ-Ċittadella.

Wieħed mill-ħbieb li kien igawdi minn ikliet bħal dawn kien Ignazio Saverio Mifsud, konsulent tal-inkwiżitur li fid-djarju tiegħu jitkellem mhux biss fuq l-ikel raffinat li de Soldanis kien joffri f’Għawdex iżjed minn 250 sena ilu, imma wkoll is-servizz li kien jingħata, kif jispjegalna l-kuratur tal-Mużew Marittimu fil-Birgu, Liam Gauci.

Liam Gauci qal “dan kien impressjonat kif meta laqgħu d-dar tiegħu ġewwa l-castello jispjega bit-Taljan, un pranzo con gusto. Anke l-kaffetterija tiegħu kienet tal-fidda. Dan qed joffri l-kafè lill-ħabib tiegħu bil-fidda, fil-kikkra tal-kina, ġejja miċ-Ċina, il-kafè ġej mill-Afrika, iz-zokkor ġej mill-Karibew u dan wara ikla li nfaqgħu jieklu u jixorbu inbid minn Franza… Meta aħna nitkellmu fuq Għawdex forsi kienet il-kampanja, imma anke f’Għawdex hemm kultura rikka ta’ ikel, imma kif ukoll ta’ ikel sinjur.”

Is-sur Gauci qal li f’nofs dax-xahar Heritage Malta se tirreplika l-esperjenza tas-seklu 18 billi tiftaħ din l-ikla fiċ-Ċittadella għall-pubbliku biex iduq ikla tipika u storika. Il-menu’ tal-ikla storika Għawdxija se jiftaħ bi ġbejna u biskuttin, kisriet tal-ħobż imħawwra bit-tadam, qaqoċċ imsajjar fiż-żejt taż-żebbuġa u t-tewm, bigilla, qassata tal-ħaxix, imbagħad il-platt ewlieni se jkun fdewxa, li kif deskritt minn de Soldanis innifsu, kien għaġin ċatt u wiesgħa msajjar bil-ħwawar. Ma kinitx tonqos it-togħma ħelwa.

“Aħna tiġi kważi sorpriża li fil-ġżira Għawdxija u anke Malta, kien jittiekel il-ġelat, 200 sena ilu meta ma kienx hawn refigeration. Jiġifieri din ir-riċetta li sibniha mill-1748, aħna se nerġgħu nirrikrejawha u dawk kollha li se jiġu ġewwa ċ-Ċittadella waqt dawn l-ikliet, l-ikla filgħaxija u oħra l-Ħadd f’nofsinhar, se jkunu qegħdin iduqu l-ġelat li kien jittiekel f’Malta 250 sena ilu.”

Il-kuratur Gauci spjega li Heritage Malta tagħmel dawn l-avvenimenti biex in-nies jduqu l-istorja li hemm minsuga fil-kitbiet ta’ de Soldanis u Ignazio Saverio Mifsud infushom.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Membru Parlamentari għall-Partit Laburista Alex Muscat qal li r-riżultat ta’ din l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew huwa l-ewwel ġudizzju tal-poplu wara l-każ Egrant. Dan Alex Muscat qalu waqt il-programm Insights immexxi mill-ġurnalista…

Politika

F’kollegament dirett ma’ TVM, fuq il-programm Insights immexxi mill-ġurnalista Norma Saliba, l-uffiċjal tal-Partit Laburista Louis Gatt, qal li ħarġu xi riżultati proviżorji mill-ewwel għadd tal-voti. Dr Miriam Dalli għall-Partit Laburista…

Elezzjoni

Mis-sala tal-għadd tal-voti, dawk preżenti jinsabu fil-fażi tal-aġġudikazzjoni tal-vot – fejn il-voti li warrbu l-iscanners iridu jiġu aġġudikati mir-rappreżentanti tal-partiti fejn jieħdu deċiżjoni finali fuqhom. Il-proċess tat-35,00o vot aġġudikati jitlob…

Pulizija

Il-Korp tal-Pulizija qasam xi ritratti fuq il-midja soċjali biex jirringrazzjja lil dawk kollha li ħadmu qatigħ f’dawn l-aħħar tliet ijiem, hekk kif saret l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew u l-Kunsilli Lokali 2019….

Aktar