Mużika
Ċans uniku għall-istudenti biex jiltaqgħu ma’ Michela qabel tmur għall-Eurovision

Opportunità unika għall-istudenti Maltin u Għawdxin hekk kif se jkollhom ċans jiltaqgħu mal-kantanta Michela fis-siti ta’ Heritage Malta bla ħlas.

Minarra li l-passaport ta’ Heritage Malta se jservi biex l-istudenti jidħlu b’xejn fis-sit storiku, Michela se tkun qed tagħmel timbru speċjali għal din l-okkażjoni.  F’Sibt il-Għid, il-kantanta se tkun il-Ġgantija Għawdex bejn il-11am u s-2pm, filwaqt li t-Tlieta 23 ta’ April Michela se tkun il-Muża, il-Belt, bejn l-10am u s-1pm.

Michela se tirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest bil-kanzunetta Chameleon.  Hija se tkanta fil-11-il post tat-tieni semi-finali fis-16 ta’ Mejju f’Tel Aviv, Iżrael. Il-finali se ssir fit-18 ta’ Mejju.

Aħbarijiet Oħra
Statistika

L-għadd ta’ inċidenti rrappurtati fl-ewwel tliet xhur tas-sena żdiedu b’aktar minn 8% meta mqabbla mal-istess perjodu s-sena li għaddiet. Skont l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, bejn Jannar u Marzu kienu rappurtati 3,656…

Unjoni Ewropea

Wara li lbieraħ bdew jivvutaw l-Ingliżi u l-Olandiżi, illum kien imiss lill-Irlandiżi u ċ-Ċeki biex joħorġu jivvutaw biex jaħtru d-deputati Ewroparlamentari. Fir-Repubblika Ċeka l-votazzjoni maqsuma fuq jumejn bil-għan li t-turnout…

Aktar