Lokali
Care worker jinqabad ibagħbas anzjana f’darha

Care worker li kien jieħu ħsieb anzjana nżamm arrestat wara li nqabad ibagħbas anzjana ta’ 77 sena.

Reagan Ugat Tion ta’ 43 sena mill-Filippini, li suppost kien jieħu ħsieb l-anzjana, inqabad jabbuża l-anzjana fuq filmat.

Huwa kien akkużat b’assalt vjolenti u indiċenti fuq l-anzjana.

Il-każ seħħ fid-dar tal-anzjana f’Ħaż-Żebbuġ u meta sar l-abbuż huwa lanqas kien ilu jafha siegħa.

Quddiem il-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera huwa wieġeb mhux ħati minkejja li l-Maġistrat rat il-filmat li allegatament l-akkużat jidher ibagħbas l-anzjana.

Aħbarijiet Oħra
Gazzetti

Din hija ħarsa ħafifa lejn il-gazzetti ppubblikati llum il-Ħadd 22 ta’ Lulju 2018: Fl-ewwel paġna ta’ The Sunday Times of Malta insibu storja li tgħid grupp ta’ depożitanti tal-bank Pilatus…

Edukazzjoni

Il-qari huwa importanti iżda kemm hu faċli li nġorru ktieb u naqrawh? Ninsabu fl-eqqel tas-sajf – loġikament l-iktar staġun mill-erbgħa li matulu żgħar u kbar ikollhom ftit ħin iżjed mis-soltu…

Lifestyle

It-tradizzjoni tal-ġostra għall-komunità Misidjana hija appuntament annwali li jaħbat mal-festa ta’ San Ġużepp. Mixgħula u mżejna għall-festa tal-patrun tagħha, matul din il-ġimgħa f’din il-lokalità saru l-kompetizzjonijiet tal-ġostra, li d-drawwa tagħha…

Lokali

Esperjenza unika u differenti minn tas-soltu għal Christine Borg u Tonio Mercieca, żewġ residenti tad-Dar tal-Providenza b’diżabilità fiżika li jgħixu f’Dar Akkwarell fil-Qawra. Is-Sibt filgħodu Christine u Tonio marru dawra…

Aktar