Kurżitajiet
Carer fl-Italja tiżżewweġ anzjan bla ma jaf… teħodlu d-dar u €200,000

Il-Pulizija Taljana qed tinvestiga mara li taħdem bħala carer wara li żżewġet anzjan bla ma dan kien jaf u ħaditlu d-dar u €200,000.

Ir-raġel ibati minn dik li tissejjaħ cognitive deficit jiġifieri l-moħħ ma jipproċessax l-informazzjoni kif jagħmlu b’mod ġenerali n-nies.

Il-każ seħħ f’Taranto u r-rapport lill-Pulizija sar min-neputi tiegħu wara li l-carer talbet lilu u lil qraba oħra biex ma jersqux lejn l-anzjan.

L-anzjan, li għandu ‘l fuq minn 80 sena, huwa armel u m’għandux tfal. Huwa kien jaħdem fil-militar qabel irtira.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-anzjan għadda d-dar u l-flus lill-carer li tgħix mas-sieħeb tagħha kif ukoll il-karozza lit-tifel tal-carer.

Il-carer ħaditlu wkoll il-flus tal-pensjoni u waqt li għalqitlu l-kont bankarju fetħet ieħor flimkien mas-sieħeb li fih tefgħu l-flus tal-anzjan.