Saħħa
Carer sospiż wara allegat abbuż fuq anzjan

Carer f’San Vinċenż de Paule ġie sospiż mix-xogħol wara allegat każ t’abbuż. Id-deċiżjoni ttieħdet wara li l-amministrazzjoni ta’ San Vinċenż de Paule ġiet infurmata li anzjan kien referut l-isptar Mater Dei minħabba l-allegat abbuż. Fi stqarrija ntqal li mal-ewwel l-amminsitrazzjoni bdiet bl-investigazzjoni u rreferiet dan il-każ lill-pulizija.

TVM huwa infurmat li l-carer li ġie sospiż huwa Malti u li jaħdem ma’ kuntrattur privat li jipprovdi s-servizzi ta’ carers lir-residenza San Vincenz de Paule. TVM huwa infurmat li dan il-carer ilu snin twal jaħdem f’din il-professjoni mingħajr problemi u li għalhekk għandha tkun l-investigazzjoni tal-pulizija li tistabbilixxi jekk seħħx abbuż jew le. Sorsi qalu lil TVM li l-anzjan residenti f’San Vincenz de Paule qed jallega li l-carer refa’ jdejh fuqu, filwaqt li l-carer qed jinnega dan. L-investigazzjoni tal-pulizija għadha għaddejja.

Aħbarijiet Oħra
Sport

Fit-tielet logħba tagħhom fil-Kampjonat tal-Amateurs, it-tim ta’ Syria Gżira FC kiseb l-ewwel rebħa bl-iskor ta’ 3-1 kontra Fleur De Lys FC. Il-player Lucky Chizobor skurja żewġ gowls filwaqt li Julius…

Saħħa

Ilbieraħ filgħaxija għadd ta’ nies nġabru quddiem iċ-Ċentru Esplora fil-Kalkara għal mixja simbolika bħala parti mix-xahar iddedikat għall-għarfien dwar il-kanċer tas-sider, magħruf bħala Pink October. Din is-sena n-nisa u l-irġiel…

Brexit

Wara dibattitu f’sessjoni straordinarja fil-House of Commons, il-membri parlamentari ivvutaw favur mozzjoni li tobbliga lill-Prim Ministru biex jitlob estensjoni mill-Unjoni Ewropea għal Brexit. Dan sakemm il-ftehim għall-ħruġ mill-Unjoni Ewropea jiġi…

Lokali

L-invażjoni Torka fit-Tramuntana tas-Sirja ġiet ikkundannata mill-komunità Kurda f’Malta li bl-appoġġ tal-Moviment Graffitti organizzaw manifestazzjoni paċifika quddiem l-Ambaxxata Torka fil-Floriana. Huma kkundannaw dak li sejħu bħala assalt brutali u mingħajr…

Aktar