Knisja Maltija
Caritas tfakkar il-50 sena mit-twaqqif tagħha

Il-Knisja Maltija fakkret il-50 sena mit-twaqqif tal-Caritas b’quddiesa fil-konkatidral ta’ San Ġwann li minbarra l-għola awtoritajiet, għaliha attendew ukoll persuni li qed isegwu l-programmi tal-Caritas u għadd kbir ta’ ħaddiema u voluntiera.

Fl-omelija, l-Arċisqof Charles J. Scicluna qal li matul dan in-nofs seklu, Caritas Malta ħadmet bi flessibilta, bi profezija u b’sens ta’ umiltà biex adattat għall-ħtiġijiet u l-faqar ġdid li s-soċjetà qed tħabbat wiċċha miegħu. Irrefera għall-kliem il-Papa Frangisku meta jitkellem dwar il-kultura tal-iskart jew aħjar meta l-bniedem jew l-oġġetti huma utli biss għal ftit u mbagħad jintremew.

L-Arċisqof Scicluna rringrazzja lill-istat Malti u lill-Gvernijiet kollha f’dawn l-aħħar ħamsin sena, talli dejjem sostnew u emmnu fil-ħidma ta’ Caritas Malta.